from
il-manoċċa
Għaddiet
il-ġurnata tant mistennija minn ħafna Maltin li jinteressaw irwieħom
fix-xena politika Maltija. Il-Partit Labursita issa għandu mexxej ġdid
wara kampanja intensiva li ftit rajna bħalha fix-xena lokali. Jekk
nieħdu l-kampanja għall-aħħar elezzjonijiet ġenerali bħala riferenza,
f'Malta wkoll qegħdin nagħtu importanza kbira lill-mexxejja tal-partiti
tagħna. Ħaġa li tfakkrek fit-taqtiegħa bejn Hilary Clinton u Barack
Obama fl-Istati Uniti.