Il-kumpanija
low cost Germanwings nhar it-Tlieta nediet titjiriet
minn u lejn
Malta
permezz ta’ żewġ titjiriet li niżlu fl-ajruport ta’
Malta
minn
Cologne u
Stuttgart nofs siegħa ’l bogħod
minn
xulxin.
Il-Germanwings ser tibda topera erba’ titjiriet fil-ġimgħa,
tnejn
minn
Cologne
u tnejn
minn
Stuttgart. Matul
din is-sena mistennija ġġib lejn
Malta madwar 13,000 viżitatur.
Il-Germanwings hi t-tielet
low cost airline li qed taħdem
minn u lejn
Malta. Ryanair, b’titjiriet
minn Luton,
Pisa u
Dublin, mistennija li din is-sena iġġib madwar 90,000
viżitatur lejn
Malta.
Il-kumpannija Taljana ‘Meridiana’ mistennija ġġorr madwar 6,000 viżitatur
ieħor.
Sadattant f’dawn l-aħħar jiem il-linja nazzjonali ta’ l-ajru
l-Air
Malta ħabbret li ser
iżżid it-titjiriet lejn
Munich, Frankfurt,
Dusseldorf u
Berlin fil-Ġermanja;
Birmingham u
Stansted fl-Ingilterra u Ruma fl-Italja.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal
li kien sodisfatt li l-kumpannija low cost Germanwings bdiet topera lejn
Malta.
“It-titjiriet
minn Germanwings flimkien ma’
aktar titjiriet mill-Air
Malta
għandhom jirriżolvu l-problema li kellna s-sena l-oħra meta numru kbir ta’
Ġermaniżi ma setgħux jiġu
Malta
minħabba nuqqas ta’ titjiriet lejn pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu
tenna li l-Ġermanja kienet it-tieni l-ikbar suq turistiku tagħna u kien jemmen
li b’aktar titjiriet dan is-suq kien se li jkompli jespandi.
Read this article in English:
Germanwings starts flights to and from Malta -
Mar 27, 2007 - 3:49:02 PM