Il-Hadd wara nofsinhar ghal-habta tat-15:30CET, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm tarbija abbandunata fi Triq Guliermu, Bormla. Izjed tard, il-pulizija stess harget stqarrija fejn qalet li omm it-tarbija kienet instabet.
Il-Pulizija kienet marret immedjatament fuq il-post fejn instabet tarbija ta’ ftit sieghat hajja gewwa kaxxa taz-zraben. It-tarbija kienet ghad ghandha d-demm fuqha li jindika li kienet ilha biss ftit tal-hin li twieldet. It-tarbija li hija tifel, ittiehdet l-Isptar San Luqa b’ambulanza ghal aktar kura.
Bis-sejba tat-tarbija giet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa u ser issir inkjesta magisterjali dwar dan il-kaz.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija bhal issa ghadhom ghaddejjin.
Intant il-Pulizija tappella biex kull min ghandu xi informazzjoni dwar dan il-kaz huwa mitlub jghaddiha, anke b’mod kunfidenzjali, lill-Pulizija, fuq in-numru 119.
Read this news in English:
Newborn boy found abandoned in shoe box
by MaltaMedia News – Apr 01, 2007