MaltaMedia.com
Online News from Malta
View Latest News

Aħbarijiet bil-Malti


Jinstabu kważi 29,000 pillola ecstasy fil-Qawra
By MaltaMedia News
Apr 25, 2007 - 2:22:45 PM

EMAIL this Article
DIGG this Article digg
SAVE to Del.icio.usdel.icio.us
PRINTER-friendly Pageprint
Il-Pulizija għamlet sejba ta’ 29,000 pillola ecstasy f’appartament fil-Qawra nhar it-Tlieta wara nofs in-nhar. Huwa mifhum li din is-sejba hija l-akbar sejba ta’ ecstasy li qatt sehhet f’Malta.  

Raġel ta’ 32 sena mill-Mosta u tfajla ta’ 18 sena mir-Rabat kienu arrestati b’rabta mal-każ.  

Fi stqarrija nhar l-Erbgħa, il-Pulizija qalet li s-sejba seħħet wara investigazjonijiet intensivi li kienet qed tagħmel dawn l-aħħar gimgħat.  B’riżultat ta’ dawn l-investigazjonijiet kien stabilit li kwantita’ kbira ta’ pilloli ecstasy li kienet għandha kemm waslet Malta kienet qed tinżamm ġo appartament fil-Qawra.  Il-Pulizija għamlet tfitxxija ġo l-appartement fejn instabu ftit anqas minn 29,000 pillola tal-ecstasy.  Dawn il-pilloli kienu ippakjatti f’boroz tal-plastik u kienu lesti sabiex jiġu traffikati.    

Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Consuelo Scerri Hererra kienet infurmata u ħatret diversi esperti sabiex jgħinu fl-inkjesta.  L-investigazzjoniet mill-Pulizija għadhom sejrin.  Mhux eskluż li fil-ġranet li ġejjin jitressqu xi persuni l-Qorti.

Read this article in English:
Just under 29,000 ecstasy pills seized in Qawra - Apr 25, 2007 - 2:02:34 PM



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Headlines
Bibien ta’ djar u karozza jingħataw in-nar
Sopran Maltija tkanta fil-quddies tal-Papa
Tnejn f’qagħda kritika wara ħabta
Raġel Afrikan iweġġa' serjament waqt ġlieda
Grupp ta’ immigranti illegali jidħol Għawdex
Theddida fuq it-testijiet tal-karozzi tal-linja
Kaz ta’ Meningite rrapurtat lid-Divizjoni tas-Sahha
Tliet żgħażagħ feruti gravi waqt argument
28 immigrant illegali jidhlu f’Xatt it-Tiben
Mara fil-periklu tal-mewt wara habta f’Haz Zabbar


  Latest update:
  May 3, 2007 - 7:37:28 PM CET