L-Unjoni Ħaddiema Magħqudin (UĦM) tat
direttiva ta’ strajk totali lill-ħaddiema kollha tal-Maltapost għal nhar
il-Gimgħa. Il-UĦM qalet li l-istrajk kien ordnat wara li l-managment ma ressaqx
proposi ġodda fuq il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema. Iktar azzjonijiet
industrijali huma mistennijja wkoll nhar is-Sibt.
Il-ħaddiema kollha tal-Maltapost ġew imsejħa wkoll sabiex jiltaqgħu quddiem
il-l-uffiċju tal-Maltapost tal-Marsa, fejn ser jiġu ndirizzati minn ufficjali għolja
tal-UĦM.
F’ laqgħa bejn id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpiegi tal-UĦM Dr
Noel Vella u l-Management nhar il-Ħamis, tressqu numru ta’ proposti pero dawn
ma kienux aċċettabli għall-unjoni.
Nhar il-Ħamis li għadda l-UĦM irreġistrat tilwima ndustrijali mal-kumpanija.
Iktar kmieni matul il-ġimgħa, il-Maltapost oġġezzjonat għal azzjonijiet
industrijali ordnati mill-unjoni lill- operaturi tal-posta fil-hubs, fejn posta
minn
bieb-għal-bieb, kemm b’indirizz, u kemm le, ma ġietx ipproċessata.
Il-unjoni qalet li l-azzjonijiet ġew fis-seħħ sabiex tiġi mħarsa s-saħħa ta’
l-imjegati li kien qed ikollhom jerfgħu piżijiet tqal waqt xogħolhom.
Madanakollu, l-Maltapost ċaħdet li saħħet il-ħaddiema tagħha kienet f’periklu u
qalet li sabiex saħħet l-impjegati ma tiġix kompromessa, numru ta kaxxi ta
distribuzzjoni kienu ntrodotti.
Read this article in English:
UĦM orders strike at Maltapost for Friday -
May 24, 2007 - 6:39:27 PM