MaltaMedia.com
Online News from Malta
View Latest News

Aħbarijiet bil-Malti


Investigazzjonijiet jissospendu evalwazzjoni ta' kuntratt
By MaltaMedia News
Jan 17, 2007 - 10:48:11 AM

EMAIL this Article
DIGG this Article digg
SAVE to Del.icio.usdel.icio.us
PRINTER-friendly Pageprint

Il-proċess ta’ evalwazzjoni għall-kuntratt dwar Integrated Health Information System (IHIS) fl-Isptar Mater Dei kien sospiż wara li membru tal-kumitat ta’ l-evalwazzjoni kien issuspettat li għadda informazzjoni kunfidenzjali lil xi kandidati mingħajr awtorizzazzjoni.

computerIl-membru kkonċernat, li huwa konsulent tekniku fil-proċess ta’ l-evalwazzjoni kif ukoll membru tal-Malta Information Technology and Training Services (MITTS) bhalissa qed jgħin il-pulizija f-investigazzjonijiet dwar il-każ.

Il-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni ngħata r-responsabbiltà jmexxi ‘l-kumitat ta’ evalwazzjoni teknika ta’ din is-sejħa. Il-proċess ta’ evalwazzjoni jinsab fl-aħħar fażi tiegħu. Dan il-kumitat kien kompost ukoll minn uffiċjali tal-kumpanija MITTS Ltd kif ukoll minn uffiċjali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunità u l-Isptar Mater Dei.

Ix-xahar li għadda, iċ-Chairman tal-kumitat esprima s-suspett tiegħu mal-Ministru Austin Gatt li informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali setgħet ġiet kommunikata lill-offerenti fil-proċess tas-sejħa għall-offerti mingħajr awtorizzazzjoni.

Il-Ministru Gatt informa b’dan lill-Prim Ministru li qabel li l-Ministru jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga dan is-suspett.

Biex ma jiġux preġudikati l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, il-Ministeru ser jitlob lill-Bord t’Evalwazzjoni biex jissospendi l-attivitajiet tiegħu sakemm jingħata avviż ieħor.

Read this article in English:
Tender evaluation halted for Police investigation - Jan 17, 2007 - 9:22:30 AM



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Headlines
Bibien ta’ djar u karozza jingħataw in-nar
Sopran Maltija tkanta fil-quddies tal-Papa
Tnejn f’qagħda kritika wara ħabta
Raġel Afrikan iweġġa' serjament waqt ġlieda
Grupp ta’ immigranti illegali jidħol Għawdex
Theddida fuq it-testijiet tal-karozzi tal-linja
Kaz ta’ Meningite rrapurtat lid-Divizjoni tas-Sahha
Tliet żgħażagħ feruti gravi waqt argument
28 immigrant illegali jidhlu f’Xatt it-Tiben
Mara fil-periklu tal-mewt wara habta f’Haz Zabbar


  Latest update:
  May 3, 2007 - 7:37:28 PM CET