Kmieni il-Hadd filghodu ghal habta tal-04:45CEST, il-Pulizija kienet infurmata illi ftit aktar kmieni kienu nstemghu xi tiri ta’ arma tan-nar fiz-Zurrieq.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stharrig preliminari rrizulta li l-incident beda meta vettura li l-ghamla taghha mhux maghrufa, laqtet vettura ohra ta’ l-ghamla Isuzu u baqghet sejra.
Iz-zewg vetturi baqghu isuqu wara xulxin ghal xi hin. Waqt li z-zewg vetturi kienu gewwa Blue Grotto Avenue, iz-Zurrieq gew sparati xi tiri minn vettura fid-direzzjoni ta’ l-Isuzu bil-konsegwenza li gie ferut gravi guvni ta’ 19-il sena. Il-guvni ttiehed l-Isptar San Luqa fejn kien iccertifikat li qieghed isofri minn griehi ta’ natura gravi izda mhux fil-periklu li jitlef hajtu.
Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr. C Scerri Herrera fejn hatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Aktar tard matul il-jum, ghall-habta tas-13:15CEST il-Pulizija waslitilha informazzjoni illi f’ghalqa fiz-Zurrieq fl-inhawi tal-Hlantun, kien hemm persuna li kienet tidher mejta.
Il-Pulizija accediet fuq il-post fejn ikkonfermat din l-informazzjoni u t-tabib Mario Scerri, espert mahtur mill-Magistrat Inkwirenti, iccertifika lil din il-persuna ta’ 29 sena mejta, probabbilment b’kawza ta’ tir ta’ senter tal-kacca li nstab fuq il-post ta’ l-incident.
Jirrizulta li l-persuna misjuba mejta kienet l-istess persuna nvoluta fl-incident ta’ aktar kmieni filghodu.
Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet.
Read this news in English:
Man injured in shooting; corpse found
by MaltaMedia News – Jun 17, 2007