 |
Żewġ anzjani jinstabu mejtin f'residenza fil-Qawra
By MaltaMedia News
Nov 3, 2007 - 6:05:45 PM
|
|
Żewġ anzjani, wieħed ta' 69 sena u ieħor ta' 80 sena, instabu mejtin f'residenza fi Triq il-Luzzu, l-Qawra is-Sibt għall-ħabta tan-1230 CET.
Mill-ewwel indaġini li saru jirriżulta li wieħed mill-persuni spara u qatel lill-ieħor in segwitu ta’ argument li kien hemm bejniethom xi ġimgħat ilu.
Madanakollu, il-Pulizija m’hi qed teskludi xejn għalissa u għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Consuelo Scerri Herrera LLD ġiet infurmata bil-każ fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
Aqra din l-aħbar bl-Ingliz.
© Copyright 2007 by MaltaMedia.com
Top of Page
|
|
 |
Latest update: Nov 4, 2007 - 10:15:52 AM CET

|