Daniel Felice ta’ 18 –il sena u Silvio Felice ta’ 52 sena it-tnejn mill-Gharb, Ghawdex, is-Sibt tressqu il-Qorti dwar l-attentat ta’ qtil ta’ ragel Ingliz li nstab ferut minn arma tan-nar nhar il-Hamis filghodu fil-Mellieha.
Fost akkuzi ohra, Daniel Felice gie akkuzat li fit-13 ta’ Dicembru 2007 ghal-habta tad-21.30CET gewwa l-Gharb li bil-hsieb li joqtol jew li jpoggi l-hajja ta’ ragel f’periklu car, wera dan il-hsieb b’atti esterni u ta bidu ghall-ezekuzzjoni ta’ dan id-delitt billi spara tiri ta’ arma tan-nar fuq il-vittma. Huwa gie akkuzat ukoll li kkaguna feriti ta’ natura hafifa fuq il-vittma u li spara arma tan-nar f’post abitat pubbliku. Akkuzi ohra li ngiebu kontrieh kienu li kien qed igorr arma tan-nar waqt li kien qed isir ir-reat u li din l-arma kienet fil-pusses tieghu arma tan-nar minghajr il-licenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Daniel Felice wiegeb li mhux hati ta’ l-akkuzi u nghata l-liberta provizorja fuq depozitu ta’ Lm2000 u garanzija personali ta’ Lm5000. Barra minn hekk gie ordnat li ma johrogx mir-residenza tieghu minghajr il-kunsens tal-Pulizija jew l-awtorizzajoni tal-Qorti.
Intant, Silvio Felice ta’ 52 mill-Gharb, Ghawdex gie akkuzat li fl-14 ta’ Dicembru 2007 u s-snin ta’ qabel kellu fil-pussess tieghu arma tan-nar minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Huwa wiegeb li mhux hati tal-akkuzi kif dedotti u nghata l-liberta provizorja fuq depozitu ta’ Lm500 u garanzija personali ta’ Lm100.
L-akkuzati tressqu quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr P. Coppini.
Read this news in English:
Man arraigned for Briton attempted murder
by MaltaMedia News – Dec 16, 2007