Terremot qawwi li mmarka 6.5 gradi fuq l-iskala Richter laqat il-Greċja il-Hadd filghodu. Filfatt inhass ukoll ukoll f’diversi nhawi ta’ Malta fosthom fil-Belt Valletta, San Gwann, il-Furjana, Ta’ Xbiex, tas-Sliema, fir-Rabat (Malta) u f’Rahal Gdid.
It-thezziza f’Malta damet biss ftit sekondi ghall-habta tas-06:15CET. L-ebda hsarat ma gew irrapurtati sa issa.
Peter Cordina, direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili qal li numru ta’ nies cemplu biex jistaqsu dwar it-thezziza. Id-dipartiment ukoll ghamel kuntatt mad-dipartiment tal-Protezzjoni Civili Taljan ghal izjed informazzjoni.
Hekk kif sehh it-terremot fil-Grecja, in-nies hargu fit-toroq minkejja li sa issa ma kien hemmx rapporti immedjati ta’ xi nies midruba jew Danni. Il-media Griegi qalu li rcevew bosta telefonati minn rezidenti li hassew it-terremot l-izjed fin-nofsinhar u fil-gzejjer tal-Bahar Egew.
Il-U.S. Geological Survey qal fuq is-sit tieghu li t-terremot kellu sahha ta 6.1. It-terremot sehh madwar 80 kilometru l’isfel u dan jispjega ghaliex ma gewx kkawzati l-ebda Danni serji.
Read this news in English:
Slight earthquake tremor felt in Malta
by MaltaMedia News – Jan 6, 2008