MaltaMedia.com
Online News from Malta
View Latest News

Aħbarijiet bil-Malti


Tissemma' it-8 ta' Marzu għal elezzjoni ġenerali
By MaltaMedia News
Jan 27, 2008 - 12:03:07 PM

EMAIL this Article
DIGG this Article digg
SAVE to Del.icio.usdel.icio.us
PRINTER-friendly Pageprint
Id-data ta’ l-elezzjoni ġenerali kapaċi tkun it-8 ta’ Marzu. Din il-ġurnata issemmiet minn bosta sorsi il- Ħadd.

Is-Sunday Times irrapurtat li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qed ihejji għal elezzjoni ġenerali fit-8 ta’ Marzu għalkemm qed iħalli l-għazla għal ġimgħa wara ukoll.

Huwa mifhum li l-Prim Ministru sejjer ixolji il-Parlament fl-4 ta’ Frar jew anki qabel u li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jsiru fl-istess ġurnata ta’ l-elezzjoni ġenerali, qalet is-Sunday Times.

Intant, it-Torca qalet li t-tqegħid ta’ billboards fit-toroq mill-Partit Nazzjonalista huwa sinjal li l-elezzjoni dalwqat ser tissejjaħ.

Sorsi li tkellmu mat-Torca urew il-fehma li, wara li nhar it-Tlieta l-parlament ikun approva l-ftehim ta’ Lisbona, il-Prim Ministru jsejjaħ l-elezzjoni l-Erbgħa li ġejjin.

Dawn l-istess sorsi jsostnu li mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru saru kuntatti mal-Kummissjoni Elettorali u verbalment issemmiet id-data tat-8 ta’ Marzu.

Il-Prim Ministru huwa mistenni li jikkontesta id-disa’ distrett li jikkonsisti minn San Ġwann, l-Imsida, l-Għargħur, Ta' Xbiex u s-Swieqi minbarra it-tieni distrett.

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant ser jikkontesta l-elezzjoni ġenerali minkejja li kien operat fl-aħħar ta’ Diċembru.

Aqra din l-ahbar bl-Ingliz.


© Copyright 2008 by MaltaMedia.com

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Headlines
28 immigrant illegali jidhlu f’Xatt it-Tiben
Mara fil-periklu tal-mewt wara habta f’Haz Zabbar
Anzjan ta' 80 sena imut kawża ta' incident tat-traffiku
Maħtura il-kunsillieri l-ġodda
Grupp ta’ immigranti illegali jiddaħħal f’Malta
HSBC Bank jappoggja “Kompjuters ghal €0.99 kuljum”
Vetturi jieħdu n-nar fil-Buskett; ħadd ma jweġġa’
Tissemma' it-8 ta' Marzu għal elezzjoni ġenerali
Theżżiża ta’ terremot tinħass f’Malta
Malta it-tieni l-aqwa pajjiż fil-bidla għall-ewro


  Latest update:
  Jan 27, 2008 - 1:40:46 PM CET