MaltaMedia.com
Online News from Malta
View Latest News

Aħbarijiet bil-Malti


Ħajr lill-emigranti li żammew rabta ma’ Malta
By MaltaMedia News
Feb 7, 2007 - 2:54:56 PM

EMAIL this Article
DIGG this Article digg
SAVE to Del.icio.usdel.icio.us
PRINTER-friendly Pageprint

Fl-ewwel messaġ tiegħu lill-emigranti Maltin, l-Arċisqof Pawl Cremona irringrazzjhom talli żammew ir-rabitiet tagħhim ma Malta filwaqt li pprovdew il-familji tagħhom, kemm qribhom kif ukoll il-bod minnhom, bl-imħabba.

arcisqofL-Arċisqof kien qed jitkellem nhar  l-Erbgħa, fi żjara lil il-Kummissjoni Għolja Awstraljana f’Malta fil-preżenza ta’ l-Ambaxxatur Awstraljan Jurek Juszczyk, u delegazzjoniet tal-Kummissjoni Emigranti, tal-Friends of Australia Association u tal-Maltese-Australian Association.

L-Arċisqof bgħat it-tislijiet tiegħu lil emigranti Awstrajani, speċjament dawk li żammew l-għaqda bejn l-emigranti Maltin u r-resident f’Malta. Hu sella wkoll ghal membri tal-kleru u l-lajżi li għenu l-Maltin fl-Awstralja jgħixu l-fidi tagħhom.

“Jiena nammira lill-emigranti għaliex huma wrew li huma nies beżlin u li biex jaħdmu, u biex jieklu huma u jitimgħu l-familja tagħhom, issagrifikaw lilhom infushom mill-għeżież tagħhom u minn artna u arthom. Nammirahom għaliex huma nies li jħobbu l-familja tagħhom.   Uħud mill-irġiel emigraw għal rashom, l-ewwel, biex jaħdmu u jibagħtu lill-familja l-għajnuna meħtieġa biex tgħix, u fl-istess ħin iwittu t-triq biex il-familja   tingħaqad magħhom aktar tard.   Nammirahom għaliex baqgħu f’rabta ma’ l-għeżież tagħhom – ġenituri u qraba oħra - u ma’ artna.   Nammirahom ukoll għaliex għarfu jżommu l-fidi tagħhom u jsaħħu l-Knisja lokali. Nammirahom għaliex bl-imġiba tajba tagħhom għamlu ġieh lilhom infushom u lil art twelidna, “ sosnt Mons. Pawl Cremona.

F’dan l-ewwel messaġġ tiegħi bħala Arċisqof ta’ Malta, xtaqt infisser r-rabta tiegħi magħkom u mal-Maltin emigrati f’artijiet oħra” , żied l-Arċisqof.

Hu qal ukoll li fiż-żmien li ġej jixtieq iżur l-Awstralja kif kienu għamlu Mons. Mikiel Gonzi u Mons. Ġużeppi Mercieca.

Read this article in English:
Emigrants thanked for retaining ties with Malta - Feb 7, 2007 - 2:23:28 PM

 



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Headlines
Bibien ta’ djar u karozza jingħataw in-nar
Sopran Maltija tkanta fil-quddies tal-Papa
Tnejn f’qagħda kritika wara ħabta
Raġel Afrikan iweġġa' serjament waqt ġlieda
Grupp ta’ immigranti illegali jidħol Għawdex
Theddida fuq it-testijiet tal-karozzi tal-linja
Kaz ta’ Meningite rrapurtat lid-Divizjoni tas-Sahha
Tliet żgħażagħ feruti gravi waqt argument
28 immigrant illegali jidhlu f’Xatt it-Tiben
Mara fil-periklu tal-mewt wara habta f’Haz Zabbar


  Latest update:
  May 3, 2007 - 7:37:28 PM CET