 |
Imħassar il-proċess għal-għoti tat-tender ta’ l-IHIS
By MaltaMedia News
Feb 12, 2007 - 7:35:39 PM
|
|
Fuq parir ta’ l-Avukat Ġenerali
Dr. Silvio Camilleri,
il-Prim Ministru Dr.
Lawrence
Gonzi talab lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti sabiex iwaqqaf u jħassar il-proċess
għal-għoti tat-tender ta’ l-Integrated Health Information System (IHIS)
fl-Isptar Mater Dei.
Il-proċess tat-tender kien f’nofs
kontroversja wara li membru tal-bord ta’ l-evalwazzjoni nqabad jgħaddi
informazzjoni lil kandidat interessat mingħajr awtoriżżazzjoni.
Fil-parir tiegħu maħruġ nhar
il-Ġimgħa, l-Avukat Ġenerali qal li il-proċess kien ivvizzjat u għal daqshekk
għandu jkun imħassar. Din il-fehma intlaqgħet bi qbil
minn membri tal-Parlament nhar it-Tnejn.Iktar kmieni dan ix-xahar
il-Maġistrat Jacqueline Padovani qalet li hemm biżżejjed evidenza sabiex iż-żewġ
t’irġiel involuti fil-każ ikunu akkużati.
Noel Xuereb ta’ 42 sena
minn San Ġiljan kien
mixli li aċċetta flus, ura interess personali fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar
it-tenders u li kixef informazzjoni wat li serva f’kariga ta’ ufficjal publiku.
Intant, Pierre Mercieca ta’ 47 sena
minn
Ħ’Attard kien mixli li kkorrompa lis-Sur Xuereb u li kien kompliċi miegħu
fil-każ.
Read this article in English:
IHIS tender process at Mater Dei cancelled
-
Feb 12, 2007 - 7:17:38 PM
© Copyright 2007 by MaltaMedia.com
Top of Page
|
|
 |
Latest update: May 3, 2007 - 7:37:28 PM CET

|