 |
Raġel Afrikan iweġġa' serjament waqt ġlieda
By MaltaMedia News
Jun 29, 2008 - 10:26:06 AM
|
|
Raġel weġġa' serjament meta kien involut fi ġlieda bejn numru ta' persuni ta' nazzjonalita Afrikana is-Sibt filgħaxija.
L-inċident seħħ f'playing field fi Triq is-Salib tal-Marsa.
Ir-raġel Afrikan ittieħed l-isptar Mater Dei. Hu soffra minn diversi ksur.
Il-pulizija qed iżżomm raġel ieħor Afrikan sabiex tgħinnha fl-investigazzjonijiet.
© Copyright 2008 by MaltaMedia.com
Top of Page
|
|
 |
Latest update: Jun 29, 2008 - 5:35:40 PM CET

|