MaltaMedia.com
Online News from Malta
View Latest News

Aħbarijiet bil-Malti


Jinstabu fdalijiet umani fil-limiti tan-Naxxar
By MaltaMedia News
Feb 21, 2007 - 8:17:42 PM

EMAIL this Article
DIGG this Article digg
SAVE to Del.icio.usdel.icio.us
PRINTER-friendly Pageprint
Ġie rrapurtat li nstabu fdalijiet ta’ skeletru uman f’barriera fil-limiti tan-Naxxar. Il-Pulizija u esperti tal-forensika issejħu fuq il-post biex jinvestigaw il-każ. Is-sejba saret nhar l-Erbgħa għal ħabta ta’ l-erbgħa u nofs (1630CET) minn xi ħaddiema fuq il-post.

L-iskeletru ma nstabx intatt. Xi ħwejjeġ, fosthom qalziet u żarbun sportiv, instabu viċin l-iskeletru.

Net News irrapporta li f’Diċembru li għadda, fl-istess inħawi, kienu qed isiru tfittxijiet għal Christan Camilleri ta’ 18-il-sena li ilu rrapurtat nieqes għal diversi ġimgħat.

Testijiet fuq il-fdalijiet mistennija jissoktaw fis-siegħat li ġejjin.

Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Miriam Hayman kienet infurmata bil-każ u ordnat bosta esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

Read this article in English:
Human remains found in limits of Naxxar- Feb 21, 2007 - 7:08:08 PM



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Headlines
Bibien ta’ djar u karozza jingħataw in-nar
Sopran Maltija tkanta fil-quddies tal-Papa
Tnejn f’qagħda kritika wara ħabta
Raġel Afrikan iweġġa' serjament waqt ġlieda
Grupp ta’ immigranti illegali jidħol Għawdex
Theddida fuq it-testijiet tal-karozzi tal-linja
Kaz ta’ Meningite rrapurtat lid-Divizjoni tas-Sahha
Tliet żgħażagħ feruti gravi waqt argument
28 immigrant illegali jidhlu f’Xatt it-Tiben
Mara fil-periklu tal-mewt wara habta f’Haz Zabbar


  Latest update:
  May 3, 2007 - 7:37:28 PM CET