Fl-ewwel xahrejn tas-sena 2007 id-Dwana ta’
Malta żammet mhux inqas
minn dsatax il-kontejner li fihom kien hemm aktar
minn nofs miljun prodott
falz.
Dawn il-kontejners kollha oriġinaw
mill-Lvant Imbiegħed iżda huwa diffiċli tistabbilixxi d-destinazzjoni finali ta’
dawn il-kontejners, b’eċċezzjoni ta’ wieħed li kien destinat għal
Malta.
Il-prodotti li nstabu jvarjaw
minn arloġġi ta’
l-idejn, ċinturini, nuċċalijiet, aċċessorji għat-telefon ċellulari u batteriji
flimkien ma’ xfafar tal-leħja, kollha ta’ ditti rinomati.
Wara li jintemmu il-proċeduri legali u jingħataw
id-deċizzjonijiet mill-Qrati Maltin, issir id-distruzzjoni tal-prodotti.
Is-sejbiet huwa riżultat ta’ ħidma
intensiva ta’ diversi sezzjonijiet ta’ l-istess Dipartiment.
Id-Dwana ta’
Malta
qed ikollha iżjed talbiet
minn
ditti prominenti biex il-prodotti tagħhom ikunu protetti. F’kummenti f’Jannar
ta’ din is-sena is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tad-Dwaniet, Michel
Danet, qal li l-produzzjoni ta’ prodotti foloz hija att kriminali serju ħafna ta
dannu ekonomiku kif ukoll ta’ dannu kbir għas-saħħa taċ-ċittadin.
Il-kummerċ fi prodotti foloz qed jikber b’rata allarmanti fil-varjeta’ ta’
prodotti
minn
ikel tat-trabi, sa magni ta’ l-ajruplani.
Read this article in English:
Over half a million counterfeit goods seized -
Mar 5, 2007 - 3:05:21 PM