From MaltaMedia.com
Jinstabu kważi 29,000 pillola ecstasy fil-Qawra
By MaltaMedia News
Apr 25, 2007 - 2:22:45 PM
Il-Pulizija għamlet sejba ta’ 29,000
pillola ecstasy f’appartament fil-Qawra nhar it-Tlieta wara nofs in-nhar. Huwa
mifhum li din is-sejba hija l-akbar sejba ta’ ecstasy li qatt sehhet f’Malta.
Raġel ta’ 32 sena mill-Mosta u tfajla ta’
18 sena mir-Rabat kienu arrestati b’rabta mal-każ.
Fi stqarrija nhar l-Erbgħa, il-Pulizija
qalet li s-sejba seħħet wara investigazjonijiet intensivi li kienet qed tagħmel
dawn l-aħħar gimgħat. B’riżultat ta’
dawn l-investigazjonijiet kien stabilit li kwantita’ kbira ta’ pilloli ecstasy
li kienet għandha kemm waslet Malta
kienet qed tinżamm ġo appartament fil-Qawra.
Il-Pulizija għamlet tfitxxija ġo l-appartement fejn instabu ftit anqas minn 29,000 pillola tal-ecstasy.
Dawn il-pilloli kienu ippakjatti f’boroz
tal-plastik u kienu lesti sabiex jiġu traffikati.
Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Consuelo Scerri
Hererra kienet infurmata u ħatret diversi esperti sabiex jgħinu fl-inkjesta. L-investigazzjoniet mill-Pulizija għadhom
sejrin. Mhux eskluż li fil-ġranet li ġejjin
jitressqu xi persuni l-Qorti.
Read this article in English:
Just under 29,000 ecstasy pills seized in Qawra -
Apr 25, 2007 - 2:02:34 PM
© Copyright 2007 by MaltaMedia.com