From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Theddida ta' bomba f'sezzjoni ta' l-isptar
By MaltaMedia News
May 8, 2007 - 5:16:14 PM

Is-sezzjoni ta’ l-outpatients fl-Isptar San Luqa f’Guardamangia kienet iddominata minn paniku nhar it-Tlieta filgħodu hekk kif is-sezzjoni irċeviet theddidha ta’ bomba.  

sptar Persuna anonima ċemplet is-servizz ta’ l-emergenza għal ħabta tad-disgħa u kwart u qalet li bomba kienet se tispoldi fi żmien siegħa. Il-pazjenti u l-impjegati fis-sezzjoni ġew evakwati mill-amminstrazzjoni ta’ l-isptar, li minnufih infurmat il-pulizija bil-każ.

Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mill-bomb disposal unit waslu fuq il-post ftit tal-ħin wara biex jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom. B’xorti tajba ma nstab l-ebda periklu.

Bosta ufficjali tal-pulizjia u gwardjani lokali kienu msejħa fuq il-post biex jikkalmaw il-folla evakwata barra l-isptar, kif ukoll jikkontrollaw it-traffiku.

F’konferenza ta l-aħbarijiet iktar tard matul l-għodwa, l-Amminstratriċi Mediku Stephanie Xuereb qalet li l-appuntamenti li kellhom jinqdew illum se jinqdew ġurnata oħra.

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ikkundanna bil-qawwa dan l-att irresponsabbli li jtellef u jfixkel is-servizz li kuljum, li jingħata mid-Dipartiment ta’ l-Outpatients.  Il-Ministeru żied li atti bħal dawn jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-ħajja tan-nies speċjalment fuq pazjenti li jkunu qegħdin l-isptar għall-kura.  

Il-Ministeru tas-Saħħa jappella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd biex ma jirrepetux ruħhom inċidenti simili.

Read this article in English:
Bomb threat at hospital's outpatients section -  May 8, 2007 - 12:00:36 PM



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com