From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Il-UĦM tornda strajk fil-Maltapost għal nhar il-Ġimgħa
By MaltaMedia News
May 24, 2007 - 6:56:51 PM

L-Unjoni Ħaddiema Magħqudin (UĦM)  tat direttiva ta’ strajk totali lill-ħaddiema kollha tal-Maltapost għal nhar il-Gimgħa. Il-UĦM qalet li l-istrajk kien ordnat wara li l-managment ma ressaqx proposi ġodda fuq il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema. Iktar azzjonijiet industrijali huma mistennijja wkoll nhar is-Sibt.

Il-ħaddiema kollha tal-Maltapost ġew imsejħa wkoll sabiex jiltaqgħu quddiem il-l-uffiċju tal-Maltapost tal-Marsa, fejn ser jiġu ndirizzati minn ufficjali għolja tal-UĦM.

F’ laqgħa bejn id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpiegi tal-UĦM Dr Noel Vella u l-Management nhar il-Ħamis, tressqu numru ta’ proposti pero dawn ma kienux aċċettabli għall-unjoni.

Nhar il-Ħamis li għadda l-UĦM irreġistrat tilwima ndustrijali mal-kumpanija. 

Iktar kmieni matul il-ġimgħa, il-Maltapost oġġezzjonat għal azzjonijiet industrijali ordnati mill-unjoni lill- operaturi tal-posta fil-hubs, fejn posta minn bieb-għal-bieb, kemm b’indirizz, u kemm le, ma ġietx ipproċessata.

Il-unjoni qalet li l-azzjonijiet ġew fis-seħħ sabiex tiġi mħarsa s-saħħa ta’ l-imjegati li kien qed ikollhom jerfgħu piżijiet tqal waqt xogħolhom. Madanakollu, l-Maltapost ċaħdet li saħħet il-ħaddiema tagħha kienet f’periklu u qalet li sabiex saħħet l-impjegati ma tiġix kompromessa, numru ta kaxxi ta distribuzzjoni kienu ntrodotti.

Read this article in English:
UĦM orders strike at Maltapost for Friday - May 24, 2007 - 6:39:27 PM  



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com