From MaltaMedia.com
Raġel jitlef ħajtu traġikament f'Wied il-Għajn
By MaltaMedia News
Jun 2, 2007 - 5:21:19 PM
Raġel ta' madwar erbgħin sena minn Ħal Qormi, tilef ħajtu traġikament
fil-Lukanda Jerma Palace f’Wied il-Għajn is-Sibt filgħodu għal ħabta
ta' 0940CEST.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Saviour Cilia,
tabib u missier ta' tlett itfal kien qiegħed fuq saqaf ta’ hotel li hi
magħluqa, jagħmel xi tip ta’ xogħlijiet fejn għal xi raġuni ċeda
is-saqaf li kien fuqu u safa midrub.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, fejn ir-raġel kien iċċertifikat mejjet.
L-Assoċjazzjoni Medika tat-Tobba (MAM) esprimiet il-kondoljanzi mal-familjari tal-vittma.
Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr D Clarke LLD ġiet infurmata bil-kaz fejn ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.
Read this news in English:
Man dies after vacant hotel roof collapses
by MaltaMedia News – Jun 02, 2007
© Copyright 2007 by MaltaMedia.com