From MaltaMedia.com
Investigazzjonijiet jissospendu evalwazzjoni ta' kuntratt
By MaltaMedia News
Jan 17, 2007 - 10:48:11 AM
Il-proċess ta’ evalwazzjoni għall-kuntratt dwar Integrated
Health Information System (IHIS) fl-Isptar Mater Dei kien sospiż wara li membru
tal-kumitat ta’ l-evalwazzjoni kien issuspettat li għadda informazzjoni kunfidenzjali
lil xi kandidati mingħajr awtorizzazzjoni.
Il-membru kkonċernat, li huwa konsulent tekniku fil-proċess
ta’ l-evalwazzjoni kif ukoll membru tal-Malta Information Technology and
Training Services (MITTS) bhalissa qed jgħin il-pulizija f-investigazzjonijiet
dwar il-każ.
Il-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’
l-Informazzjoni ngħata r-responsabbiltà jmexxi ‘l-kumitat ta’ evalwazzjoni
teknika ta’ din is-sejħa. Il-proċess ta’ evalwazzjoni jinsab fl-aħħar fażi
tiegħu. Dan il-kumitat kien kompost ukoll
minn
uffiċjali tal-kumpanija MITTS Ltd kif ukoll
minn uffiċjali tal-Ministeru tas-Saħħa,
l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunità u l-Isptar Mater Dei.
Ix-xahar li għadda, iċ-Chairman tal-kumitat esprima
s-suspett tiegħu mal-Ministru
Austin
Gatt li informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali setgħet ġiet kommunikata lill-offerenti
fil-proċess tas-sejħa għall-offerti mingħajr awtorizzazzjoni.
Il-Ministru Gatt informa b’dan lill-Prim Ministru li qabel
li l-Ministru jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga dan is-suspett.
Biex ma jiġux preġudikati l-investigazzjonijiet
tal-Pulizija, il-Ministeru ser jitlob lill-Bord t’Evalwazzjoni biex jissospendi
l-attivitajiet tiegħu sakemm jingħata avviż ieħor.
Read this article in English:
Tender evaluation halted for Police investigation -
Jan 17, 2007 - 9:22:30 AM
© Copyright 2007 by MaltaMedia.com