From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
HSBC Bank jappoggja “Kompjuters ghal €0.99 kuljum”
By MaltaMedia News
Feb 25, 2008 - 10:54:14 AM

HSBC Malta nieda skema ta’ self attraenti ghax-xiri ta’ kompjuters b’appogg ghall-inizjattiva hekk imsejjha “Kompjuters ghal €0.99 kuljum” tal-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u Teknologija ta’ l-Informazzjoni.

Klijenti li jidhlu f’din l-iskema ta’ self igawdu minn skont ta’ 50% fuq il-hlas normali ta’ l-ipprocessar kif ukoll minn rata specjali ta’ imghax sakemm idum jithallas lura s-self. Hemm ukoll helsien mill-hlas ta’ imghax ghall-ewwel sitt xhur. Il-hlas lura jsir b’mod li dak li jithallas kull xahar ikun jammonta biss ghal €0.99 kuljum.

Biex il-klijenti jibbenefikaw minn dan, kull ma jridu jaghmlu hu li jzuru xi fergha ta’ HSBC Bank bi kwotazzjoni ghal xiri ta’ kompjuter minghand ditta hi liema hi, u jitkellmu ma’ xi rapprezentant tal-customer service tal-Bank.

“HSBC jemmen tassew fl-importanza tat-teknologija ta’ l-informazzjoni fid-dinja tal-lum u jaghraf l-importanza li ghandu jkun hemm kompjuter f’kull dar. Il-Bank ghandu appogg shih ghall-inizjattiva tal-Ministeru ta’ l-Investiment, Infrastruttura u Teknologija ta’ l-Informazzjoni u ghalhekk qed nipprovdu self vantaggjuz biex nghinu f’din l-iskema,” qal Shaun Wallis, Kap Ezekuttiv ta’ HSBC Malta.



© Copyright 2008 by MaltaMedia.com