From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Grupp ta’ immigranti illegali jiddaħħal f’Malta
By MaltaMedia News
Mar 1, 2008 - 11:53:31 AM

L-ewwel grupp ta’ immigranti illegali ghal din is-sena iddahhlu fil-bazi marittima ta’ Xatt it-Tiben kmieni is-Sibt filghodu.

Il-grupp kien maghmul minn 24 persuna li minnhom kien hemm sbatax-il ragel, erba’ nisa u tlett itfal. L-immigranti kienu kollha f’sahhithom.

Id-dghajsa ddahhlet f’Xatt it-Tiben wara li giet intercettata mill-Forzi Armati ta’ Malta madwar tnax-il mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Had Dingli.

Il-Pulizija tas-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni u d-Dipartiment tas-Sahha gew infurmati mal-ewwel. Dawn marru immedjatament jistennew il-wasla tad-dghajsa f’Xatt it-Tiben ghall-ewwel visti medici u investigazzjonijiet.

Izjed investigazzjonijiet mill-Pulizija ghadhom ghaddejja.

Aqra izjed dwar dan fl-artiklu specjali tal-MaltaMedia: Lanca Gejja u Ohra Sejra

Read this news in English:
Boatload of illegal immigrants enters Malta
by MaltaMedia News – Mar 1, 2008


© Copyright 2008 by MaltaMedia.com