From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Anzjan ta' 80 sena imut kawża ta' incident tat-traffiku
By MaltaMedia News
Apr 6, 2008 - 6:26:10 PM

Raġel ta' 80 sena miet ġewwa l-Isptar Mater Dei il-Hadd wara li ġarrab ġrieħi serji waqt incident tat-traffiku is-Sibt fl-1415 CEST. Il-karozza ta' l-anzjan ħabtet ġo karozza ohra ġejja mid-direzzjoni opposta. L-incident seħħ fi Triq il-Kosta, Baħar ic-Cagħaq.

L-anzjan inħareġ mill-vettura tiegħu mill-Membri tal-Protezzjoni Civili.  Il-mara tiegħu, ta' 64 sena, kienet passiġġiera fil-karozza izda ma soffritx ġrieħi kbar.

In-nies ġol-karozza l-oħra ma weġġħux.

Il-pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet.





© Copyright 2008 by MaltaMedia.com