From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Imħassar il-proċess għal-għoti tat-tender ta’ l-IHIS
By MaltaMedia News
Feb 12, 2007 - 7:35:39 PM

Fuq parir ta’ l-Avukat Ġenerali Dr. Silvio Camilleri, il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi talab lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti sabiex iwaqqaf u jħassar il-proċess għal-għoti tat-tender ta’ l-Integrated Health Information System (IHIS) fl-Isptar Mater Dei.

mater deiIl-proċess tat-tender kien f’nofs kontroversja wara li membru tal-bord ta’ l-evalwazzjoni nqabad jgħaddi informazzjoni lil kandidat interessat mingħajr awtoriżżazzjoni.

Fil-parir tiegħu maħruġ nhar il-Ġimgħa, l-Avukat Ġenerali qal li il-proċess kien ivvizzjat u għal daqshekk għandu jkun imħassar. Din il-fehma intlaqgħet bi qbil minn membri tal-Parlament nhar it-Tnejn.Iktar kmieni dan ix-xahar il-Maġistrat Jacqueline Padovani qalet li hemm biżżejjed evidenza sabiex iż-żewġ t’irġiel involuti fil-każ ikunu akkużati.

Noel Xuereb ta’ 42 sena minn San Ġiljan kien mixli li aċċetta flus, ura interess personali fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar it-tenders u li kixef informazzjoni wat li serva f’kariga ta’ ufficjal publiku. Intant, Pierre Mercieca ta’ 47 sena minn Ħ’Attard kien mixli li kkorrompa lis-Sur Xuereb u li kien kompliċi miegħu fil-każ.

Read this article in English:
IHIS tender process at Mater Dei cancelled - Feb 12, 2007 - 7:17:38 PM

 



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com