From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Il-Qorti tapprova żwieġ għal mara transesswali
By MaltaMedia News
Feb 16, 2007 - 11:02:56 AM

Mara transesswali ingħatat il-permess li tiżżewweġ lill-maħbub tagħha nhar il-Ħamis wara li l-Qorti ddeċidiet li l-għaqda bejnha u r-raġel li tħobb ma tmurx kontra l-provviżjonijiet ta’ l-Att taż-Żwieġ.

żwieġ Din id-deċizjoni hi maħsubha li l-ewwel tax-xorta tagħha f’Malta.

Il-mara li għandha 25 sena twieldet raġel, pero għamlet operazzjoni sabiex tibdel is-sess tagħha f’ Ġunju li għadda u kienet uffiċjalment iddikjarata bħala mara.

Il-mara ressqet applikazzjoni fil-Qorti Ċivili sabiex ir-Reġistru Ċivili jagħtiha l-permess biex tiżewweġ lill-maħbub tagħha.

L-Imħallef Gino Camilleri, qal li l-unjoni bejn it-transesswali, li issa hija mara, u r-raġel li hi tħobb, ma tmurx kontra l-Att taż-Żwieġ.

L-isem tal-mara kif ukoll tal-maħbub tagħha ma jistawx ikunu ppublikati minħabba s-sensittivita u natura privata tal-każ.

Read this article in English:
Female transsexual allowed to marry partner - Feb 16, 2007 - 9:44:53 AM



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com