From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Tnejn f’qagħda kritika wara ħabta
By MaltaMedia News
Jul 6, 2008 - 10:04:09 AM

Sewwieq ta’ 48 sena mill-Mosta u ragel ta’ 41 sena mill-Marsa jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li kienu involuti f’habta head-on.

L-incident sehh kmieni il-Hadd filghodu fi Triq Durumblat fil-Mosta. Il-pulizija giet infurmata bl-incident ghall-habta tas-02:30CET.

Iz-zewg vetturi involuti fl-incident kienu qed jigu misjuqa f’direzzjonijiet opposti meta ghal xi raguni habtu head-on. Ir-ragel Mosti li kien qed isuq il-karozza kelli jigi meghjun mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni fejn wara ittiehed l-Isptar Mater Dei. Huwa gie ccertifikat li jinsab f’qaghda kritika.

Ir-ragel mill-Marsa li kien passiggier fil-vettura l-ohra ukoll ittiehed l-isptar fejn dan ukoll kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Iz-zewg vetturi gratielhom hsara estensiva.

Il-Magistrat Dr Giovanni Grixti gie infurmat bil-kaz u dan hatar l-esperti biex jassistu fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-pulizija ghadhom ghaddejjin.



© Copyright 2008 by MaltaMedia.com