From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Sopran Maltija tkanta fil-quddies tal-Papa
By Paul Vella mill-Awstralja
Jul 22, 2008 - 8:47:53 AM

Is-Sopran Maltija minn New South Wales, Amelia Farrugia kantat fil-quddiesa ta’ gheluq il-Jum Dinji taz-Zghazagh, koncelebrata mill-Papa Benedittu XVI.

Randwick Racecourse kienet mimlija daqs bajda ghal din il-quddiesa.

Il-kompozitur tal-muzika liturgika ghal din il-quddiesa kien il-kompozitur maghruf Awstraljan Justice George Palmer, li huwa mhallef fil-Qorti Suprema. Huwa kien ikkommisjonat biex jikteb il-muzika ghall-quddiesa tal-ftuh u ta’ l-gheluq tal-Jum Dinji taz-Zghazagh, bl-isem Benedictus qui venit  - Imbierek dak li gej.

Il-kor fil-quddiesa ta’ gheluq il-Jum Dinji taz-Zghazagh kien maghmul minn 300 ruh, l-Australian Youth Orchestra, is-sopran Amelia Farrugia u t-Tenur Andrew Goodwin.



© Copyright 2008 by MaltaMedia.com