From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Jinstabu fdalijiet umani fil-limiti tan-Naxxar
By MaltaMedia News
Feb 21, 2007 - 8:17:42 PM

Ġie rrapurtat li nstabu fdalijiet ta’ skeletru uman f’barriera fil-limiti tan-Naxxar. Il-Pulizija u esperti tal-forensika issejħu fuq il-post biex jinvestigaw il-każ. Is-sejba saret nhar l-Erbgħa għal ħabta ta’ l-erbgħa u nofs (1630CET) minn xi ħaddiema fuq il-post.

L-iskeletru ma nstabx intatt. Xi ħwejjeġ, fosthom qalziet u żarbun sportiv, instabu viċin l-iskeletru.

Net News irrapporta li f’Diċembru li għadda, fl-istess inħawi, kienu qed isiru tfittxijiet għal Christan Camilleri ta’ 18-il-sena li ilu rrapurtat nieqes għal diversi ġimgħat.

Testijiet fuq il-fdalijiet mistennija jissoktaw fis-siegħat li ġejjin.

Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Miriam Hayman kienet infurmata bil-każ u ordnat bosta esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

Read this article in English:
Human remains found in limits of Naxxar- Feb 21, 2007 - 7:08:08 PM



© Copyright 2007 by MaltaMedia.com