From MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Bibien ta’ djar u karozza jingħataw in-nar
By MaltaMedia News
Aug 23, 2008 - 7:22:20 PM

Tlett idjar u karozza ingħataw in-nar minn nies mhux magħrufa f’każijiet separati bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Każ minnhom seħħ is-Sibt fit-0245 CEST meta tyre ingħata n-nar u intuża biex jinqabad bieb ta residenza fi Triq il-Kbira gewwa l-Mellieħa.

F’każ simili fi Triq Mikelanġ Sapiano fl-Imqabba, tfajla ta’ 14-il sena ittieħdet l-isptar minħabba li belgħet xi dħaħen tan-nirien. Intant kmieni il-Ġimgħa filgħodu, bieb ta residenza fi Triq il-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba ukoll ingħata n-nar.

Skond il-pulizija, karozza li kienet ipparkjata ħdejn Sant’Iermu il-Belt Valleta ukoll garrbet ħsarat minħabba xi nirien kmieni is-Sibt filgħodu.

Fil-każijiet kollha issejħu il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili. 



© Copyright 2008 by MaltaMedia.com