|
|
|||
|
|||
![]() |
Kulhadd jaqbel li Milied minghajr presepju ma jkunx Milied shih anzi nazzarda nghid li jkun Milied bla sens. Din il-gibda lejn il-presepju ilha gejja sa minn meta kont zghir meta kien l-ghors tieghi nara lill-missieri ihejjili dak il-presepju ckejken biex narmah f'kamarti. U dan dejjem konna naghmlu differenti. Biss niftakarni li dejjem kont nishaq ma' missieri biex fil-genb jaghmilli landa tal-pizelli halli nkun nista' nimliha bl-ilma u mbghad inwaddab fiha bicca karta tat-tajr biex l-ilma jsir blu. Hemmek hallini ndahhal subaghja fih u ncafcaf fil-"giebja" biswit wiehed mill-gherien.
Barra minn dan il-presepju tal-karti tas-siment u l-gwiez, li m'hemmx ghalfejn nghidu ghalija kien l-isbah wiehed tad-dinja, konna... jew ahjar missieri kien jarma 2 presepji ohra, wiehed ckejken ghall-kamra ta' ohti u iehor kbir forma ta' gharix li kien jilqa' fih pasturi ta' Spanja b'qies ta' madwar pied u nofs u maghhom kien hemm is-slaten magi xoghol ta' wiehed minn Hal Lija (li jien kont nirreferi ghalihom bhal in-nani ghax kien fihom xi 10 pulzieri). Insomma l-presepju kien l-attrazzjoni ewlenija tad-dar.
Meta mbaghad tfarfart ftit, bdejt inmidd idi ghax-xoghol u xi argument bejni u bejn missieir ma kienx jonqos ghaliex kultant kont nippretendi li tghaddi tieghi...... u tieghi biss. Tant li meta konna ddecidejna li nibnu presepju bil-gebel rustiku flok bil-kartapesta, kont kwazi nitlob l-impossibbli mill-povru gebel tant li mhux darba u tnejn li kont nimpika man-natura u t-teorija tal-gravita` u nghaddi xi siegha nipprova nqieghed gebla f'xi pozizzjoni antipatka li kienet impossibbli li tieqaf.....imbaghad povru pastur jekk iccedi fuqu (imnalla kienu tal-plastik). Niftakarni li mhux darba u tnejn li missieri tilef il-pacenzja.....u kellu ragun !!! Niftakar ukoll lill-povra ommi tipprova tnaddaf il-hmieg kbir u l-hamrija li nkun qlajtilha l-aktar meta jien u missieri ghamilna xi zmien inzarmawlha s-salott biex narmaw presepju mdaqqas tal-gebel. Hawn ikun tajjeb ukoll li nsemmi li min-naha ta' missier ghandi min hu entuzjast sew ghall-presepju, nibda biex nghid li tlieta miz-zijiet il-bniet li baqghu d-dar huma tal-muzew u allura l-Milied hu marbut maghhom filwaqt li sal-lum ghadni nisma' lil min isemmi l-presepju li kien jarma l-kugin ta' missieri fir-remissa li kellhom fl-inhawi ta' hdejn Tad-Dawl.
Niftakarni li meta kull nhar ta' Sibt konna mmorru ghand in-nanna, f'dawn iz-zminijiet, kont nintefa quddiem il-presepju li kien jintrama f'dahla fil-hajt u ma kontx niccaqlaq minn quddiemu. Nistqarr li mhux darba u tnejn li hadt lill-pasturi passiggata madwar il-presepju kollu u bejn diskursata u ohra maghhom il-hin kien itir. Tista' tghid li d-diskursata dejjem kienet tkun dwar il-qaghda ta' hbiebi l-pasturi, il-post fejn tpoggew u l-paraguni bejn pastur tat-tafal u iehor ta-xemgha. S'intendi dan kont naghmlu meta kont inkun wahdi ghax allahares kienu jaqbduni imqar nahsel sieq xi pastur fl-ghajn. Dawn il-pasturi veru kienu helwin kellhom medda zmien sew u nissoponi kollha kienu bil-pensjoni, imma fil-grotta kien hemm pasturi aktar godda, minn dawk li ghadhom jaghmlu sal-gurnata tal-lum iz-zijiet ghall-grotti li jitqassmu bhala rigal lit-tfal tal-Muzew. Niftakarni wkoll li kull meta z-zijiet kienu jiddubbaw xi presepju sabih minn ghand xi hadd erhili niccassa quddiemu u nfassl pjan biex is-sena ta' wara dan ikun ghandi..... Aktar tard, meta tfarfart ftit u dhalt abbati kont nistenna dawn il-jiem halli noqghod indur ma' qassis biex nara l-presepji li jkunu dahlu ghall-kompetizzjoni li kienet torganizza l-parrocca taghna....u minbarra li kont naghtihom il-punti (minghalija kont xi espert).... xi ftit kont nikkopja wkoll. Insomma hafna memorji li qatt ma jistghu jithassru. Hawn niftakar ukoll fil-povra ommi tipprova tnaddaf il-hmieg kbir u l-hamrija li nkun qlajtilha l-aktar meta jien u missieri ghamilna xi zmien inzarmawlha s-salott biex narmaw presepju mdaqqas tal-gebel. Mhux ta' b'xejn li ghalija l-presepju ghandu seher u magija specjali, il-grajjiet marbuta mieghu u l-preparamenti li jitlob huma sbieh u jibqghu stampati fl-album tar-ritratti ta' hajti li jaghddu minn quddiem ghajnejja f'kull hin. Wara kollox id-demm jigbed u la missieri u hutu kienu akkaniti ghall-armar tieghu u ommi kellha pacenzja ta' Gobb, xi ftit jew wisq iwrit dan id-delizzju. Iva l-presepju jnissel fija entuzjazmu mhux tas-soltu, inissel paci li twasslek kwazi f'estasi (dan dejjem meta jkun lest, ghaliex waqt li nkun qed narmah mhux darba u tnejn li tlift il-pacenzja u wehel mieghi l-ghageb tal-presepju). Imbaghad meta nintefa' fid-dalma quddiem dak il-presepju li nkun ghadni kemm bnejt, b'xi ghanja tal-Milied fl-isfond u b'idi shan bil-kikkra tal-kafe` tahraq, quddiem ghajnejja nibda ngib ix-xeni sbieh li nkun ghadni kemm rajt f'Wied Qirda waqt li kont qed nigbor ftit haxix biex naghti lill-presepju dehra aktar naturali. Hawn f'imnifsejja nhoss diehla rieha friska ta' haxix u rancis u l-pulmun jintela' bl-arja friska ta' l-irdum ta' Had-Dingli minn fejn kont gbart il-gebel rustiku, filwaqt li l-pasturi jfakkruni wkoll fil-hajja semplici ta' l-imghoddi u t-tradizzjonijiet Maltin u ta' pajjizi girien taghna fosthom Sqallija u s-sabiha Italja li spiss narawhom f'xi dokumentarju jew trassmissjoni televiziva.
Ghalija l-presepju ghandu seher u magija specjali, il-grajjiet marbuta mieghu u l-preparamenti li jitlob huma sbieh u jibqghu f'mohhi. Dan wassalni biex madwar 10 snin ilu bnejt l-ewwel presepju kbir biex ikun esebit ghall-pubbliku. Dan kien il-bidu ta' sensiela ta' wirjiet ta' presepji li jidher li ntlaqghu sew mill-mijiet li zaruhom .... l-aktar ghal modi differenti li dejjem armajtu u l-pozizzjonijiet li tajtu (fosthom f'nofs il-garage biex in-nies iddur mieghu). S'intendi wara dan ix-xoghol dejjem kien hemm ukoll l-impenn qawwi ta' missier, ommi u l-kumplament tal-familja fosthom ukoll tal-mara tieghi. Biss minn xi 5 snin l hawn, bejn ix-xoghol u mpenji ohra li kelli fosthom ukoll it-thejjijiet li nkun qed naghmel bhalissa ghall-Karnival ma bqajtx narma l-presepju fuq dik l-iskala u ghamilt wiehed ckejken. Minkejja dan, fl-ahhar snin xorta wahda nhass li l-Milied kellu xi kien haga nieqsa - il-presepju l-kbir u l-laqghat mal-mijiet ta' nies li kienu jigu jzuruh, fosthom l-ghogba tat-tfal quddiem dan il-mudell. Ghalhekk din is-sena minkejja l-impenji kbar li ghandi ddecidejt li nerga' naghmilha... ghalkemm din id-darba serrhat sew fuq missieri. Tant li bla tlaqlieq nghid li hafna mix-xoghol ghamlu hu u hafna drabi jien kont hemm biex naghti direzzjoni jew biex naghmel l-ahhar irtokki, ghalkemm sagrificci ghamilt ukoll ghaliex biex wettaqt xogholi gieli sbaht qabel kien jibda jidden is-serduk jew mort norqod meta kulhadd ikun fl-aqwa holma, jekk mhux ukoll gieli ma rqadx xejn. Ghalhekk wara nuqqas ta' xi 5 snin Haz-Zebbug se jerga' jkollu presepju esebit ghall-pubbliku.
L-origni tal-presepju, u kif dan evolva tul iz-zminijiet
Presepju bhal dak ta' Brian jinvolvi hafna xoghol, imma is-sodisfazzjon tal-ahhar hija kbira
|
|
|