|
|
|||
|
|||
![]() |
Nahseb li illum kulhadd sema' bil-kelma presepju u jaf sew xi tfisser. Presepju huwa mudell tridimensjonalli jfakkarna fil-grajja tat-twelid tal-messija ghalkemm illum dan tant zviluppa li gieli meta thres lejn dan il-mudell ikollok tfittex int liema hu l-ghar tal-Bambin ghaliex dan m'ghadux sempliciment grotta imma kwazi sar rahal shih.
Din it-tradizzjoni religjuza hija mifruxa sew mad-dinja, l-aktar fil-pajjizi Ewropej dan ghaliex il-popli twahhdu sew mad-devozzjoni tat-twelid ta' Kristu u hassewhom qrib ta' dan il-misteru kbir ta' l-inkarnazzjoni bl-armar ta' dan il-mudell.
Ghalkemm hafna jsotnu li l-ewwel presepju sar minn San Frangisk fi Greccio xorta wahda jibqa' l-fatt li sa mill-bidu nett tal-Kristjanezmu l-ewwel Insara kienu jinghaqdu biex ifakkru l-akbar avvenimenti tal-hajja ta' Kristu wiehed minnhom zgur li kienet il-grajja tat-twelid. Dawn ma naqsux ukoll li jissimbolizzaw din il-grajja permezz tal-pinzell jew l-iskalpell, biss San Frangisk taha hajja u dehra gdida - Ghalhekk hu meqjus bhala l-bniedm li rama l-ewwel presepju. Mal-milja taz-zmien il-presepju kiber u evolva sew tant li mis-semplici grotta zviluppa f'oggett li jfakkrna wkoll fil-hajja ta' missirjietna. Zgur li l-presepju evolva l-aktar fl-Italja biss fil-Germanja u Spanja wkoll inghata l-importanza li tixraqlu. Fl-Italja nholqu bosta stili fosthom l-istil Naplitan li hu stil ta' presepju bi klassi ghalih u mill-iktar artistiku u elaborat, l-istil bibbliku li huwa aktar reali ghax ifakkarna fi zmien li fih ghex Kristu u wkoll dak Sqalli li hu aktar semplici u li fih naraw pasturi lebsin kostumi tradizzjonali aktarx mahdumin mit-tafal. Dawn il-presepji kollha ghandhom il-karatterisitici taghhom u ghalkemm mhumiex ta' l-istess livell artisitku xorta wahda jpoggulna stampa cara u sabiha ghal dawn iz-zminijiet. Mill-banda l-ohra missirjietna minkejja l-faqar taghhom holqu u sawwru wkoll il-presepju tradizzjonali Malti. F'dan il-presepju aktarx mibni mill-gebel rustiku jew gagazza tal-faham, naraw stampa cara tal-wirt u l-mod ta' hajja tal-buznanniet taghna Fil-presepju Malti naraw bosta snajja, ilbies tradizzjonali bhalma huma l-ghonnella terha, sidrija kabozza u milsa strumenti primittivi bhalma huma z-zaqq iz-zafzafa, il-qarn, it-tambur u l-kitarra u wkoll bini tipiku Malti bhalma huwa ir-razzett bil-barumbara tal-hamiem, il-girna u l-ghorfa. Zgur li illum il-presepju rega' sab postu f' kull dar Maltija, grazzi wkoll ghall-hidma kbira li qed taghmel l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju. Dari dan kien tilef sew l-importanza tieghu u kellu jkun Dun Gorg Preca u s-Socjeta tal-Muzew li taw spinta u zammew din it-tradizzjoni hajja billi bdew iqassmu l-gotti lit-tfal li kienu jattendu c-centri tad-duttrina. Dan ghaliex f'dawn iz-zminijiet u qabel kellek parti mill-kleru li ma kiniet tghallem lil poplu li Alla hu wkoll Bambin.
Brian jitkellem dwar ir-relazzjoni specjali li hemm bejnu u l-presepju
Presepju bhal dak ta' Brian jinvolvi hafna xoghol, imma is-sodisfazzjon tal-ahhar hija kbira
|
|
|