Click Here for the MaltaMedia Home Page
Il-Presepju taghna
minn Brian Bonnici


Crib figurines
Il-Presepju taghna Kuntlarju ghal presepji li konna narmaw qabel, il-presepju li se nesebixxu din is-sena hu presepju fuq stil Bibbliku fejn fih ghandek tilmah belt zghira fuq wara, iffurmata minn ftit bini semplici (kif wara kollox tindikalna l-istorja), issib toroq imserrpa, gherien, ghelieqi u wied fond. Ghalhekk jekk ikolli niddeskrivi l-presepju, fi ftit kliem insejjahlu presepju semplici u realistiku. Zgur li din is-semplicita` se twassal biex dawk li jigu jzuruh jidhlu f'atmosfera ta' paci li timla' l-qlub. Huwa presepju mibni minn kartapesta, kartun, gablo u gibs li meta jkunu uzati tajjeb u bil-pacenzja ihallu rizultat li jixbah hafna lill-gebel. Sadanittant inghata dehra aktar naturali bil-haxix (mhux saghtar), bl-ilma niezel minn 2 ghejjun u nixxiegha u biex tkompli tissebbah il-kampanja u tkun aktar realistika inhadmu sigar tal-palm u qasab tal-karti b'pacenzja kbira mill-mara tieghi, ommi u lill-ohti z-zghira. Is-sigar tal-palm u l-qasab jitolbu pacenzja kbira biex tahdimhom fil-kaz tal-palm l-ewwel trid tahdem werqa werqa madwar 24 wahda ghal kull sigra u kollha b'settijiet ta' qisien differenti u wara torbothom wahda wahda ma' zokk jew injama. Il-qasab minn naha l-ohra wkoll iridu jintrabtu wahda wahda wara li tkun qtajt werqa werqa il-parti taz fuq tal-qasab li nsibu fil-kampanja. Wara mbaghad trid taghti z-zebgha.

Il-pasturi tal-familja imqaddsa go l-ghar
Il-pasturi tal-familja imqaddsa go l-ghar
Ix-xoghol

Bejn ix-xoghol li jitlob u wkoll minhabba li dan isir wara l-hin ix-xoghol fuq il-presepju trid tibda kmieni ghax inkella tinqabad u ma tlestix. Dan dejjm jekk tkun trid bicca xoghol tajba. Ezattamnet wara l-Milied kif kollox jerga' jidhol f'postu fil-kaxxi, il-presepista jibda jhazzez disinni differenti li jistghu jghinuh fil-bini tal-presepju l-gdid tieghu, ghalkemm dan il-hin kollu jkun qed jahseb u jfittex ideat godda anke jekk sempliciment ikun qed jara xi film.

Wara jibda x-xoghol propja li kultant ibiddillek il-pjani li jkollok fil-bidu. Ix-xoghol fuq dan il-preseju inbeda f'Awissu billi l-ewwel intrama l-injamtal-bazi li jrid isir sod biex jiflah il-piz mhux biss tal-presepju imma wkoll ta' min ikun qed jibnieh li jispigga jippassigga kontinwament fih anke waqt il-jiem tal-wirja biex dejjm jirranga xi werqa jew naghga li tkun waqghet. Imbaghad jibda jinbenna minn gewwa ghal barra saff fuq iehor hawn il-perspettiva hi fem importanti. Il-bini tal-blat isir permezz ta' kartun fildiferru u karti tal-gazzetti jintuza wkoll gablo l-aktar ghad-djar u l-bini. Wara jinkesa kollox bil-karti tal-gwiez jew tas-ssiment biex ix-xoghol jibbies. Il-kolla wzata tissajjar minna stess billi nhalltu dqid u ilma jaghli flimkien u nwaddbu ftit melh. Kif ix-xoghol tal-bini jkun lest u tkun sodisfatt bih jinghataw l-kisjiet tal-gibs biex il-blat jidher naturali. Tul dan il-process trid ukoll tghaddi l-elettriku. Kollox f'ferghat differenti li jinghaqdu kollha f'main switch taht il-presepju. Trid toqghod b'seba' ghajnejn minhabba li l-ebda wire ma jrid jitwahall ma' xi sett ta' wires ohra jew fergha ohra. Per ezempju jekk trid taghmel it-torci jixghelu u dawn jitpoggew fuq mutur biex iteptpu ma tistax tghaqqad xi bozza ohra maghhom ghax tigi itteptep. Jekk trid tohloq l-effett ta' jidlam u jisbah bhalma ghandu dan il-presepju il-bozoz li jipprovdu d-dawl tal-lejl u dawk tan-nahar iridu jkunu mifrudin u mhux imhallta ma' wires ohra ghax dawn iridu jmorru fuq mutur iehor ghalihom.

Sadanittant trid tahdem b'tali mod li l-ebda wire ma jkun jidher u li l-ebda wire ma jkunx perikoluz u li f'kaz taz xi problema kull wire tkun taf minn fejn hu ghaddej. Hawn tifacca wkoll il-problema ta' l-ilma. Dan trid toqghodlu b' seba' ghajnejn ghaliex ftit ilma ma' wire johloqlok problemi kbar.

Wara li jinxef sew ikun imiss il-kulur li hija parti mportanti hafna hawn trid tibda timmagina fejn tridu niedi allura taghfsu fuq l-ahdar, fejn ikollok il-moffa taghfsu ftit fuq l-iswed u dettalji ohra bhal dawn.

Pastur ta' mara qed tonxor il-hwejjeg
Pastur ta' mara qed tonxor il-hwejjeg
Stedina

Presepju minghajr pasturi hu gheri u bla hajja ghalhekk hu mportanti li fi presepju jkollok ukoll sett pasturi sabih. Sabih ma jfissirx li jkunu xi sett ta' arti kbira (jien nippreferi pasturi lokali tat-tafal), imma li jkollhom karattru. Hawn ukoll trid toqghod attent kif tpoggi l-pasturi u wkoll il-proporzjon taghhom. Ghal dan il-ghan din is-sena se jizzanzan sett ta' 80 pastur mahduma mit-tafal lokali minn Lino Fardell taz-Zejtun li tharreg sew f'din is-sengha ma' Nazzareno Gauci Id-Disma. Huma pasturi ta' xi 6 pulzieri, ghandhom karattru u maghmulin b'mod semplici li zgur se jikkumplimentaw lil dan il-presepju.

Min hu midhla ta' dan il-qasam jaf sew li trid tkun dedikat u determinat biex taghmel dan ix-xoghol. Trid ghaqal u pacenzja ghax zball ckejken jista' jirrovina kollox. L-ewwel nett fih rabta kbir aktar u aktar meta tkun se tesebixxih ghall-pubbliku. Ghalhekk wara dawn is-sagrifccji u spejjez, il-presepista jkun qed jistenna bi hrara li jaslu l-jiem tal-Milied biex jesebixxi xogholu u jisma' l-kummenti u l-kritika ta' dawk li joghgobhom izuru u japprezzaw ix-xoghol tieghu.

Intemm billi nistieden lilkom izuru dan il-presepju li jinsab f'Garage 28, Triq Hal Sajd Haz-Zebbug jew ahjar wara l-bandli tal-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja fl-inhawi tal-Gandlora (segwu s-sinjali). Dan il-presepju li huwa l-uniku wiehed ta' l-ghamla tieghu f'Haz-Zebbug se jkun miftuh ghall-pubbliku bejn l-14 ta' Dicembru u l-1 ta' Jannar f'dawn il-hinijiet - kuljum mill-5.00 p.m. sat-8.30 p.m. u Hdud u festi mid-9.00 a.m. sa 12.00 p.m. u mit-3.30 p.m. sad-9.00 p.m. Filwaqt li tistghu izzuru dan il-presepju fi gruppi f'hinijiet ohra billi qabel iccemplu fuq 21 467131. Il-Milied it-Tajjeb.


  • Jien u l-Presepju
    Brian jitkellem dwar ir-relazzjoni specjali li hemm bejnu u l-presepju

  • X'inhu l-Presepju
    L-origni tal-presepju, u kif evolva tul iz-zmienijiet


     
  • © Copyright 2001 MaltaMedia Productions