Tard il-gimgha filghaxija, Issac Anthony Ugochukwu, Nigerjan ta’ 26 sena kien arrestat b’konnessjoni ma’ importazzjoni ta’ droga f’Malta. Nofs kilo kannabis u 200 gramma kokaina gew ikkonfiskati mill-ufficjali tad-Dwana waqt li id-droga kienet qed tigi impurtata.
In-Nigerjan huwa mizzewweg Maltija u jghix il-Qawra.
Is-Sibt, il-Pulizija ressqet il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr. A. Lofaro lin-Nigerjan u akkuzatu b’importazzjoni, pussess, u assocjazzjoni ma’ persuni ohra sabiex jimporta d-droga kokajina u cannabis u li kellu fil-pusses tieghu passaport falz.
L-imputat wiegeb mhux hati izda l-Qorti ma laqghatx it-talba tal-liberta’ provizorja. L-imputat ghalhekk ittiehed fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Safrattant, grupp ta’ 70 Marokkin li kienu dahlu Malta illegalment f’Gunju li ghadda, gew ripatrijati lejn Casablanca nhar is-Sibt b’titjira diretta tal-AirMalta.
Il-Marokkini kienu waslu Malta f’Gunju li ghadda abbord dghajsa li fuqha kien hemm madwar 266 immigrant iehor. Irrizulta li l-immigranti l-ohra kienu Egizzjani u dawn gew ripatrijati ftit jiem wara li waslu f’Malta.
Read these articles in English:
Nigerian man held for drug importation
by MaltaMedia News - Aug 6, 2006
70 Moroccans who entered Malta in June repatriated
by MaltaMedia News - Aug 6, 2006
© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network
Top of Page
|