MaltaMedia Click Here!
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Skoperta arkejologika f’Hal Resqun limiti tal-Gudja
By MaltaMedia News
Aug 11, 2006, 19:09 CET

Email this article
Printer friendly page

Wara kwazi 50 sena fejn kienet mahsuba mitlufa, wahda mill-izjed katakomba Rumana importanti li ghandha Malta regghet instabet minn ufficjali tas- Superintendence - Cultural Heritage fejn ir-roundabout vicin tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta il-Gimgha.

Din l-iskoperta saret f’Hal Resqun, sit fil-limiti tal-Gudja. L-iskoperta tikkonsisti f’katakomba Rumana li kienet originarjament skavata minn Sir Temistocles Zammit fl-1912. Izda minn dak iz-zmien il-katakomba kienet intilfet taht debris ta’ asfalt.

Din il-katakomba f’Hal Resqun hija ta’ interess xjentifiku partikolari ghall-arkejologija ta’ Malta minhabba il-finezza fid-dekorazzjoni gewwa fiha. L-iskema dekorattiva fit-tomba timita motifs ta’ arkitettura Rumana bhal perezempju numru ta’ kolonni imhaffra fil-gebla tat-tomba. Fiha nstabu ukoll reliefs baxxi li jinkuludu kemm figuri ta’ annimali kif ukoll ta’ bnedmin li jxiddu dawl fuq nozzjonijiet religgjuzi li kellhom ir-Rumani f’Malta dwar aspetti ta’ mewt u l-hajja ta’ wara.

Wara l-iskoperta tas-sit li kien ghamel Sir Temi Zammit, il-katakomba kienet tghattiet minhabba l-wicc tat-triq wara li gie strutturat l-airfield ta’ Hal Luqa. B’konsekwenza ta’ dan, it-tomba u l-pozizzjoni taghha kienu ntilfu allavolja kien mifhum li kienet x’imkien fl-inhawi ta’ fejn instabet fejn ir-roundabout u l-kappella ta’ Bir Miftuh. Kienu saru bosta attentati biex terga’ tinstab it-tomba izda kienu fallew fil-passat.

Gie kkonfermat li l-katakomba hija l-istess wahda li kienet giet impingija minn Sir Temi Zammit fl-1912. It-tomba nstabet konservata fi stat tajjeb minkejja l-bosta snin mitlufa. L-iskoperta setghet kienet possibli grazzi ghal numru ta’ mizuri ta’ prekawzjoni li ttiehdu mill-Awtorita` Dwar it-Trasport fuq rakkomandazzjoni tas-Superintendence - Cultural Heritage. Filfatt, ix-xogholijiet li qed isiru fit-triq tal-Gudja huma parti minn progett f’idejn l-Awtorita’.

Read this news in English:
Archaeological discovery at Hal Resqun l/o Gudja
by MaltaMedia News - Aug 11, 2006

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament