MaltaMedia Click Here!
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Kap Eżekuttiv ġdid għall-Awtorita' Maltija tat-turiżmu
By MaltaMedia News
Aug 17, 2006, 19:29 CET

Email this article
Printer friendly page

Wara li f’Lulju, is-Sur Sam Mifsud inħatar Chariman ta’ l-Awtorita’ Matlija tat-turiżmu (MTA), nhar il-Ħamis, is-Sur David Mifsud inħatar Kap Eżekuttiv ta’ l-istess awtorita’. Bħas-Sur Sam Mifsud, David Mifsud ser jibda’ jaħdem fl-uffiċju tiegħu fl-MTA mill-1 ta’ Settembru 2006.

Is-Sur David Mifsud beda’ l-karriera tiegħu ma’ Joe Tabone and Co u The Winston Group of Restaurants qabel ma ingħaqad ma Merit Malta Ltd fl-1979 bħala manager finanzjarju.

Fl-1986 hu kien maħtur Direttur tal-finanzi u Riżorsi Umani, post li okkupa sa l-1998 qabel ma ġie maħtur Direttur Manigerjali tal-Methode Electronics Malta Ltd, magħrufa fil-passat bħala Merit Malta Ltd.

Is-Sur David Mifsud, li huwa miżżewweġ u għandu tlett itfal, huwa wkoll Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija.

Ix-xahar li għadda, xi stqarrijiet tal-midja spekulaw dwar l-għażla tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid għall-MTA wara r-reżenja tas-Sur Romwald Lungaro Mifsud li okkupa wkoll il-kariga ta’ Chairman.

Read this article in English:

MTA appoints new Chief Executive Officer

By MaltaMedia News
Aug 17, 2006, 15:59 CET

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament