Tħabbret il-mewt tal-ġurnalist Malti Paul Carachi. Hu miet nhar l-Erbgħa fl-eta’ ta’ 80 sena. Għal snin twal Pawlu Carachi ħadem bħala ġurnalist u f'Novembru li għadda l-ħidma tiegħu ngħatat għarfien mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin bl-għoti tal-Gold Award.
Imwieled il-Birgu fl-1926, Paul Carachi ġie minn ta' quddiemnett fl-iskola tal-Gvern u ħa Borza ta' Studju ghall-edukazzjoni tieghu l-Liceo. It-tieni Gwerra Dinjija ħarbtet lill-familja tiegħu u lilu stess. Paul Carachi dahal jahdem ma' l-Allied Malta Newspapers Ltd. Minn bejjiegħ, iġorr u jqassam il-ġurnali l-impieg tiegħu minn ma' din il-kumpaniji bħla ġurnalista magħmul.
Paul Carachi ngħaqad mal-Partit Laburist (MLP) fl-1960 u nħatar Assistent Editur ta' l-organu ufficjali tal-Partit The Voice of Malta . Wara daħal mal-General Workers Union (GWU), fejn inħatar Assistent Maniġer tal-Union Press u wara Assistent Editur tal-ġurnal il-gdid tal-GWU, li hu stess taħ l-isem l-orizzont. Wara, huwa nħatar editur tal-gazzetta bl-Ingliz tal-GWU The Malta News.
Huwa ġab rivoluzzjoni fil-qasam ġurnalistiku, kemm bl-introduzzjoni ta' l-istil tabloid u rappurtaġġ investigattiv b'enfasi fuq stejjer b'element qawwi uman. Paul Carachi kien elett fil-Parlament fl-1966 u fl-1971. Kemm dam fil-Parlament huwa rrapprezenta lil Malta fil-Kunsill ta' l-Ewropa flimkien ma' kollegi miż- żewg naħat tal-Kamra, u fil- Commonwealth Parliamentary Association.
Huwa kien ukoll Kunsillier Laburista fil-kunsill lokali ta’ Ħal Balzan.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin stqarr is-sogħba tiegħu għall-mewt ta' Pawlu Carachi.
Read this article in English:
Journalist Paul Carachi dies aged 80
By MaltaMedia News
Aug 31, 2006, 09:56 CET
© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network
Top of Page
|