MaltaMedia Click Here!
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Tilqim kontra l-influenza jasal Malta f’nofs Ottubru
By MaltaMedia News
Sep 5, 2006, 17:59 CET

Email this article
Printer friendly page

Id-Diviżjoni tas-Saħħa stqarret li it-tilqima kontra l-influwenza staġjonali ser tasal Malta f’nofs Ottobru. Id-Dipartiment tal-Kura Primarja se joffri din it-tilqima mingħajr ħlas lil residenti fid-Djar jew istituzzjonijiet, lil kull min għandu iżjed minn 55 sena u lil kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, taz-zokkor u mard relatat ma’ l-immunodefiċjenza bhal-HIV jew l-AIDS. Id-Diviżjoni qalet ukoll li ħadd m’għandu jitlaqqam qabel Ottubru għaliex jekk it-tilqima tittieħed kmieni wisq, it-tilqima ma’ tipprovdix protezzjoni jekk dan l-istaġun l-influwenza tiġi tard.

Kull min jitlob it-tilqima minħabba mard kroniku, għandu jippreżenta jew il-kartuna is-safra jew ċertifikat mediku riċenti.

Bħas-snin mgħoddija, bosta Kunsilli Lokali se joffru dan is-servizz mingħajr ħlas. Għalhekk il-pubbliku hu mitlub javviċina l-Kunsill Lokali għal aktar informazzjoni.

Din is-sena ukoll id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tistenna domanda qawwija għal dan it-tilqim. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ħeġġet biex kull min jista’ għandu jieħu din it-tilqima kontra l-influwenza u jaħseb biex jibbukkjaha.

Apparti dawn l-arranġamenti, wieħed dejjem jkun jista’ jitlaqqam fiċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokal. Dawk li għal xi raġuni jew oħra ma joħorġux mid-dar jistgħu jitolbu lit-tabib sabiex jagħmel arranġamenti biex jitlaqqmu f’darhom stess mill-infermiera tal-komunità.

Read this article in English:

Influenza vaccine to be available in mid-October

By MaltaMedia News
Sep 5, 2006, 12:00 CET

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament