MaltaMedia Click Here!
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Il-Postulatur ta' Dun Ġorġ Preca imut fl-eta' ta' 88
By MaltaMedia News
Oct 2, 2006, 13:52 CET

Email this article
Printer friendly page

Tħabbret il-mewt tal-Patri Dumnikan Mark Said, li għal snin twal kien Postulatur tal-Kawza ta’ Bejatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca. Għal dawn l-aħħar 10 snin hu kien rikoverat f’Dar Santa Katerina ta’ Siena, f’Ħat-Attard, fejn miet nhar it-Tnejn fl-eta’ ta’ 88 sena.

Patri Mark twieled ir-Rabat nhar il-5 ta’ April 1918. Daħal fl-Ordni Dumnikan fl-1934 u ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Novembru 1935. Malli spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija huwa ntbagħat Ruma, fil-Kullegg Angelicum, biex hemmhekk jispeċjalizza fil-Liġi Kanonika. Sal-1989, imbagħad, hu kien impenjat f’ħidma ta’ tagħlim ta’ dan is-suġġett fl-Universita’ San Tumas t’Akwinu f’Ruma . Għal diversi snin kien ukoll Dekan tal-Fakulta’ tad-Dritt Kanoniku fl-istess Universita’. F’Ruma kien konsultur għal diversi Kongregazzjonijiet tas-Santa Sede, kif ukoll, għal diversi snin, konsultur ghall-Ambaxxata Maltija. Wara l-Konċilju Vatikan II, huwa għen fit-tiġdid tal-Kodiċi tal-Ligi Kanonika, kif ukoll, fir-reviżjoni u tfassil tal-Kostituzzjonijiet u Statuti ta’ diversi Kongregazzjonijiet Religjuzi.

Il-quddiesa tal-funeral ser isir fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Għar, fir-Rabat, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ottubru fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu (0930 CEST). Il-korteo jitlaq mill-kunvent fid-disgħa u kwart (0915CEST).

Patri Mark Said jibqa’ mfakkar minn ħutu r-reliġjużi fl-Ordni Dumnikan, minn oħtu Maria u zewġha Francis, diversi neputijiet, qraba u ħbieb.

Read this article in English:
Dun Ġorġ Preca's postulator dies at age 88
By MaltaMedia News
Oct 2, 2006, 12:18 CET

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament