L-istudenti Maltin jistgħu jkunu l-ewwel li jibbenefikaw mill-offerta l-ġdida ta’ ‘software’ li l-Ministeru għall-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni flimkien mal-Microsoft niedew illum.
F’konferenza ta’ l-aħbarijiet ma’ l-istudenti ta’ l-iskola ta’ Tereża Nuzzo tal-Marsa, il-Ministru Austin Gatt ħabbar illi l-Ministeru tiegħu flimkien mal-Microsoft qed joffru t-tielet inizjattiva li permezz tagħha, software tal-Microsoft qed jiġi offrut bi prezz imraħħas ħafna.
L-offerta l-gdida tikkonsisti fil-Windows Vista Upgrade u Office 2007 Professional.
Dawn il-prodotti mistennija jkunu mnedija f’Malta mill-Microsoft kmieni is-sena d-dieħla. Permezz ta’l-offerta l-istudenti u l-għalliema ser ikun jistgħu jakkwistaw dan il-pakkett għall-prezz ta’ Lm 46 li jfisser skont ta’ Lm 300 fuq il-prezz orġinali.
Din l-offerta hija miftuħa BISS għall-istudenti u l-għalliema li xtraw jew ser jixtru it-tieni pakkett tas-softare li kien ħareġ fl-2005 u li kien jinkludi l-Office 2003.
Dawk li m’għandhomx il-pakkett ta’ l-Office 2003 għadhom jistgħu jixtruh għall-prezz ta’ Lm 13.99 mill-fergħat tal-Maltapost.
Reġistrazzjonjijiet għat-tielet pakket, jintlaqgħu sal-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru 2006 fil-fergħat tal-Microsoft. Huwa essenzjali li kull min jirreġistra jrid ikollu prova li hu student u l-liċenzja tal-pakkett ta’ l-Office 2003. Ma’ kull reġistrazzjoni qed jintalab ħlas ta’ Lm 10 bħala depożitu.
Dawk li xtraw it-tieni offerta se jirċievu ittra d-dar fejn magħha se jkollhom applikazzjoni biex jirreġistraw għall-offerta tal-Microsoft Vista. Din tintela’ mill-persuna li se tirreġistra u tmur biha f’waħda mill-fergħat tal-Maltapost.
Ordnijiet bit-telefon m’hux se jkunu aċċettati.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu b’email fuq iss@gov.mt jew fuq 21255495.
Read this article in English:
Windows Vista at reduced price for students
By MaltaMedia News
Nov 14, 2006, 19:50 CET
© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network
Top of Page
|