Il-Ministru ghall-Industrija, Investiment u Informazzjoni Teknologika Dr Austin Gatt iddeskriva bhala pozittiv is-sinjal f’rapporti f’gazzetta lokali kif ukoll fil- Gulf News li l-ftehim fuq SmartCity ser jigi ffinalizzat ix-xahar id-diehel. Il-Ministru qal dan it-Tlieta waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat mill-kumpanija Hewlett Packard li ghaliha attendew madwar 130 delegat barrani.
Fil-fatt, Gulf News rrapurtat illi TECOM Investment u Sama Dubai, li huma t-tnejn membri ta’ Dubai Holding ser inhiedu l-progett SmartCity f’Malta kif ukoll f’Kochi, India. Fareed Abdul Rahman, id-direttur ezekkutiv ta’ TECOM International qal li dan ser jithabbar ufficjalment ix-xahar id-diehel.
Waqt is-seminar il-Ministru Gatt tkellem dwar il-progress li ghamlet Malta fil-qasam informatiku. Huwa spjega kif dan il-progress qieghed jigbed investiment barrani bhal dak ta’ SmartCity. Huma semma wkol l-importanza strategika ta’ kumpaniji internazzjonali bhall-Microsoft, IBM, Oracle u l-HP.
Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar ix-xoghol li sar mill-Gvern biex titnaqqas id-divizjoni digitali u semma’ wkoll numru ta’ inizzjattivi li qed isiru biex din id-divizjoni tonqos.
Read this news in English:
Positive signs on SmartCity agreement
by MaltaMedia News - Nov 21, 2006
© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network
Top of Page
|