L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena poġġa żagħżugħ ta' 19-il sena min-Naxxar fil-periklu tal-mewt. L-inċident seħħ it-Tenjn għal ħabta tal-0445 CET fi Triq it-Torri, f’Tas Sliema.
Mill-ewwel indikazzjonijiet li għandha l-Pulizija jidher li l-inċident seħħ meta vettura tat-tip Fiat Uno misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn San Gwann u Van Transit misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mir-Rabat għal xi raġuni baqgħu deħlin f’xulxin. Kemm il-mutur kif ukoll il-karozza ġarbu ħsarat konsiderevoli.
Fil-Fiat Uno kien hemm żewġ ġuvintur li kienu passiġġiera, dak ta’ 19-il sena minn Naxxar u ieħor ta'19-il sena ukoll mill-Kappara.
Fuq il-post isejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn harġu lill-ġuvintur mill-vettura.
Isejħet ukoll ambulanza li ħadet lill-ġuvintur u s-sewwieq tal-van l-Isptar San Luqa fejn il-passiġġier ta' 19-il sena kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
It-tliet persuni l-oħra ġarbu ġrieħi ta’ natura ħafifa pero’ għadhom jingħataw il-kura l-Isptar.
Bil-kaz kien infurmat il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr Joseph Cassar li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Aqra dan l-artiklu bl-Ingliz:
First accident of the year puts youth on danger list
By MaltaMedia News - Jan 1, 2007, 10:55 CET
© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network
Top of Page
|