MaltaMedia
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
By MaltaMedia News
Jan 2, 2007, 18:34 CET

Email this article
Printer friendly page

Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana it-tlieta. Il kaz beda xi hmistax il gurnata ilu meta l-Ufficjali tad Dwana bdew isegwu il-movimenti ta’ konsenja ta’ kontejners li kienu bdew il vjagg taghhom mil-Lvant Imbieghed. Mal-wasla tal-bastiment f'Malta l-Ufficjali tad Dwana komplew jezaminaw bir-reqqa id-dikjarazzjonijiet tal-merkanzija skond il-manifesti tal-vapur.

F'dan il-process numru zghir ta’ kontejners gew identifikati sabiex jigu spezzjonati bill VACIS (Vehicle and Containers Inspection System) izda dan il-process ma ta l-ebda rizultat posittiv. Minkejja dan ir-rizultat negattiv, l-Ufficjali tad Dwana komplew jiflu bir-reqqa l-'images' ta’ dan il-process fejn, wara granet ta’ investigazzjonijiet, ittiehdet id-decizjoni sabiex jinfetah wiehed minn dawn il-kontejners.

Ghall ewwel deher li kollox kien skond dak li kien hemm iddikjarat fuq il-manifest, jigifieri 'plastic granules' li kienu fuq quddiem tal-kontejner. Izda wara li li tnehhew l-ewwel fillieri tfaccaw kaxxi tal-kartun li meta nfethu rrizultaw li kienu sigaretti. Id-diffikulta li kellhom l-Ufficjali tad-Dwana sabiex janalizzaw sewwa l-'images' tal-VACIS kienet ghaliex min ghabba s-sigaretti fil-kontejner kien jaf sewwa li d-Dwana Maltija kellha apparat bhal dan u ghalhekk qabel dahhal is sigaretti fil-kontejner kesa l-gnub u s-saqaf ta l-istess kontejner b'kaxxi catti li kien fihom bibien tal-metall insulati. Dan sar sabiex itellfu l-images meta l-kontejner jghaddi ghall-x-ray mill-VACIS.

Meta gie mahtut il kontejner ta l-40 pied, li kien beda t-triq tieghu mil-Lvant Imbieghed fi triqtu ghall Affrika ta Fuq, kellu b'kollox 858 kaxxa b'kull kaxxa 10,000 sigarett Marlboro kif ukoll 20 kaxxa bill bibien tal-metal. Il-process li ghad jonqos issa hu li jigi stabbilit mill-Qorti jekk is-sigaretti humiex originali jew kontrofatti.

B'din is sejba giet infurmata l-OLAF (it-taqsima ta’ kontra l-frodi ta’ l-Unjoni Ewropea) kif ukoll il-WCO (World Customs Organisation) li t-tnejn fahhru lid-Dwana Maltija.

Read this news in English:
Over eight million cigarettes seized by Customs
by MaltaMedia News – Jan 02, 2007

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament