MaltaMedia
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
By MaltaMedia News
Jan 4, 2007, 19:21 CET

Email this article
Printer friendly page

Tfajla ta’ 19-il sena ġarrbet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ nhar l-Erbgħa filgħaxija fi Triq is-Salini, in-Naxxar. Hi kienet involuta f’ħabta ma karozza ohra.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa fuq il-post biex jgħinu lit-tfajla toħroġ mill-vettura. Hi ttieħdet l-isptar San Luqa għal iktar kura.

Minkejja l-ġrieħi serji li ġarrbet, it-tfajla ma tinsabx fil-perikjlu tal-mewt.

Is-sewwieq kif ukoll il-passiġieri li kienu fil-karozza l-oħra ma weġgħux fl-inċident.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Intant inċident ieħor seħħ iktar kmieni matul il-ġurnata ta’ l-Erbgħa meta raġel tilef il- kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa dieħel ġo ħajt, irraporta Net News. F’ dan il-każ Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll msejħa fuq il-post biex jgħinu r-raġel joħroġ mill-vettura. Hu ttieħed l-isptar San Luqa għal iktar kura.

Read this article in English:
Car crash seriously injures 19-year-old woman
By MaltaMedia News
Jan 4, 2007, 11:36 CET

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament