MaltaMedia
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
By MaltaMedia News
Jan 5, 2007, 18:45 CET

Email this article
Printer friendly page

Il-Pjan għall-industrija ta’ l-għadds li jkopri lil Għawdex u Kemmuna, u li jifforma parti mill-proġˇett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea għal dan is-settur, ġie ppreżentat lill-partijiet konċernati ta’ l-industrija turistika ta’ Għawdex waqt preżentazzjoni li saret dalgħodu fil-Ministeru għal Għawdex. Ġew identifikati total ta’ 57 post fejn jista’ jsir l-għadds, 45 madwar Għawdex u 12 madwar Kemmuna.

Għaddas f'GħawdexWaqt li kienet qed titkellem fl-istess laqgħa, Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex qalet li t-tfassil ta’ dan il-Pjan sar fi sforz li tingħata attenzjoni olistika lill-qasam ta’ l-għadds bħala settur b’ potenzjal ta’ tkabbir għall-benefiċċju ta’ l-industrija turistika ta’ Għawdex. Il-proġett Niche Tourism For the Island of Gozo, li minnu jifforma parti dan il-Pjan, jinvolvi l-investiment ta’ madwar Lm 0.55 miljun u kien jikkonsisti f’ elementi oħra fosthom l-għarqa taz-zewġ vapuri MV Karwela u MV Cominoland li seħħet f’ Awissu, it-twaqqif ta’ decompression chamber ix-xahar li għadda, u kampanja ta’ reklamar permezz ta’ rivisti speċjalizzati internazzjonali, it-tnedija ta’ website apposta u l-ħruġ ta’ DVD.

Il-Ministru Debono ħabbret li issa li tfassal dan il-Pjan, il-Ministeru għal Għawdex ser iwaqqaf grupp biex iħares lejn il-mizuri proposti u jfassal Pjan ta’ Azzjoni sabiex timplimenta l-miri stabiliti.

Wara l-introduzzjoni ta’ l-Onor. Giovanna Debono, is-Sur Adrian Mallia, li wettaq ir-riċerka u li ħejja l-Pjan għall-kumpanija Adi Associates Environmental Consultants Ltd, ta preżentazzjoni dwar ir-riżultati ta’ l-istudji u r-rakkomandazzjonijiet. Il-partijiet konċernati ta’ l-industrija turistika li kienu preżenti għal-laqgħa ta’ dalgħodu kellhom l-opportunita’ li jagħtu l-kummenti tagħhom.

Il-Pjan ta’ l-Għadds għal Għawdex u Kemmuna jifforma parti mill-proġett Niche Tourism For the Island of Gozo, li twettaq permezz tal-Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006, speċifikament permezz tal-Fond ta’ Żvilupp Reġjonali Ewropew. Is-sehem tal-Gvern Malti kien ta’ 25% tal-valur tal-proġett.

Bħalissa hemm 11-il skola ta’ l-għadds topera f’ Għawdex u skola waħda f’ Kemmuna. B’ kollox, fil-gżejjer Maltin, insibu 44 skola ta’ l-għadds.

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament