MaltaMedia
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
By MaltaMedia News
Jan 6, 2007, 17:59 CET

Email this article
Printer friendly page

Il-Kummissjoni Djoċesana esprimiet it-tħassiba tagħha dwar il-prezz tal-propjeta. F’dokument ippublikat nhar il-Gimgħa, il-Kummissjoni qalet li hi nkwetata dwar “il-prattiċi spekulattivi endemiċi u nkontrollabli fis-suq tal-propjeta’.”

propjeta’ Hu u jitkellem f’isem il-Kummissjoni ic-Chairman Godfrey Leone Ganando talab dawk involuti fl-oqsma politiċi u soċjali sabiex din l-affari tingħata prijorita' għal azzjoni immedjata jekk huma tassew jemmnu fl-inklużjoni soċjali u livell ta’ l-għixien sostenibbli.

“Sistema li tinkoraġixxi livell ta’ għixien sostenibbli u mingħajr faqar ma tistax teskludi l-propjeta' mill-aspetti kollettivi tal-ġid komuni, li jinkludu wkoll ix-xogħol, l-ikel, l-edukazzjoni u s-saħħa,” enfasiżżat il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni qalet ukoll li tinsab inkwetata dwar l-aċċess għal postijiet, l-implikazzjonijiet taż-żieda tar-rata ċentrali ta’ l-intervenzjoni fuq is-self fuq id-djar mill-Bank Ċenbtrali ta’ Malta u l-għażla tal-kiri.

Il-Kummissjoni qalet li tispera li l-kummenti u r-rifflessjonijiet tagħha jiġu milqugħa bi spirtu li jippromwovi u jkabbar il-ġustizzja soċjalu fuq bażi kollettiva, u mhux bħala strument li bih jiġu promossi interessi personali u politika partiġjana.

Il-ħsibiejiet kollha li ġew ippublikata fid-dokument tal-kummisjoni jistgħu jinqraw hawn.

Read this article in English:
Church Commission worried about cost of property
By MaltaMedia News
Jan 6, 2007, 11:25 CET


© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta l-għadds fGħawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi fħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi finċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar fBKara
Vettura tieħu n-nar fSan Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni fappartament