MaltaMedia Click Here!
Online News from Malta
VIEW LATEST NEWS | SPORTS | MESSAGE BOARD | WHAT'S ON | SPECIAL FEATURES | WEATHER | WEBCASTS | CONTACT US

Il-pulizija ssolvi aktar każi ta' kriminalita'
By MaltaMedia News
Feb 25, 2006, 11:36 CET

Email this article
Printer friendly page

Matul din il-ġimgħa l-Pulizija kompliet bil-ġlieda tagħha kontra l-kriminalita' u solviet diversi każi.

Filfatt ġew solvuti diversi każijiet ta’ pussess u traffikar ta’ d-droga ecstacy fir-Rabat u f’Ħaż Żabbar. Kienu solvuti ukoll żewġ każijiet separati ta’ pussess ta’ eroina u kokaina fil-Għargħur u fil-Pieta' kif ukoll każ dwar importazzjoni f’Malta ta’ amfetamini li seħħ f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Dan il-każ kien preżentat fil-Qorti kmieni din il-ġimgħa.

Il-Pulizija solviet ukoll każ ta’ falsifikazjoni u uzu ta’ dokumenti pubblici foloz li seħħ fl-Isptar San Luqa u każ ta’ frodi u falsifikazzjoni ta’ ċekkijiet li ntużaw f’numru ta’ ħwienet. Kienu solvuti ukoll każijiet ta' frodi, mizaproprjazzjoni u pornografija tal-minuri. Diversi persuni huma mistennija jitressqu l-Qorti b’konnesjoni ma dawn il-każijiet.

Każijiet ta’ serq li seħħ fin-Naxxar u fir-Rabat f’Jannar li għadda kif ukoll serqa mis-Swieqi li seħħet fi Frar kienu solvuti matul din il-gimgħa u numru ta’ persuni kienu mressqa l-Qorti. Persuni oħra kienu akkużati dwar serq ta’ vettura minn Ħal Tarxien, serq minn vettura f’Ħaż Żabbar u f’Ta’ Xbiex, kif ukoll dwar serq minn residenza fl-Iklin.

© Copyright 2005 - MaltaMedia Online Network

Top of Page

Aħbarijiet bil-Malti
Latest Headlines
Kummissjoni Djoċesana mħassba fuq il-prezz tal-propjeta’
Pjan għall-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, Kemmuna
Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi
Raġel ferut gravi f’inċident tat-traffiku fis-Salini
Aktar minn tmien miljun sigarett maqbuda mid-Dwana
L-ewwel inċident tat-traffiku tas-sena ipoġġi żagħżugħ fil-periklu tal-mewt
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament