MaltaMedia.com


News from MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
By MaltaMedia News
Dec 29, 2006, 15:53

Kmieni il-Gimgha filghodu ghal habta tat-03:00CET il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq Bella Vista, San Gwann kien hemm vettura qeghda taqbad.

Minn investigazzjonijiet preliminari li ghamlet il-Pulizija fuq il-post rrizulta li vettura tat-tip Mercedes Benz ghal xi raguni hadet in-nar. B’konsegwenza ta’ dan, il-vettura li kienet ipparkjata garrbet xi hsarat fil-parti ta’ wara. Hadd ma’ wegga’ f’dan l-incident.

Fuq il-post issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nar.

Bil-kaz kien infurmat il-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr A Vella fejn hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejin.

Dan kien it-tieni kaz ta’ nirien ta’ vettura f’inqas minn jumejn. Filfatt il-Hamis, vettura ohra hadet in-nar fil-Mosta.

Ara ukoll:
Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament
minn MaltaMedia News – Diċ 28, 2006

Read this news in English:
Vehicle on fire in San Ġwann
by MaltaMedia News - Dec 29, 2006

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network


EXIT PRINTER FRIENDLY VIEW FOR THIS ARTICLE