MaltaMedia.com


News from MaltaMedia.com

Aħbarijiet bil-Malti
Ħames karozzi jieħdu n-nar f’B’Kara
By MaltaMedia News
Dec 30, 2006, 10:50

Kmieni is-Sibt filgħodu għal ħabta tas-0115 CET, il-Pulizija kienet infurmata li ġewwa diversi toroq f’B’Kara kien hemm ħames vetturi qed jaqbdu.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija fuq il-post, irriżulta li fi Pjazza Santa Liena kien hemm vettura tat-tip Skoda Favorit li għal xi raġuni ħadet in-nar. B’konsegwenza ta’ hekk żewġ vetturi oħra, tat-tip Opel Kadett u Toyota Corolla, li kienu ħdejn l-Skoda ħadu ukoll in-nar.

Kien f’dan il-ħin li ġie innutat li fi Triq tal-Ħerba, vettura tat-tip Fiat 127 kif ukoll fi Triq Tumas Fenech vettura tat-tip Morris Marina kienu qed jaqbdu.

Il-vetturi kollha ġarbu ħsarat konsiderevoli, pero’ ħadd ma’ weġġa’.

Kien f’dan il-ħin li l-Pulizija kienet ukoll infurmata li fi Triq Dun Karm ġewwa l-Iklin, kien hemm il-Bring In Sites qed jaqbdu.

Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejjħa fuq il-postijiet indikati fejn ikkontrollaw in-nirien.

Bil-kazijiet kien infurmat il-Maġistrat ta’ l-Għassa Dr Michael Mallia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Żewġ karozzi oħra ħadu n-nar din il-ġimgħa. Nhar il-Ħamis karozza fi Triq Carmelo Schembri l-Mosta ħadet in nar, kif ukoll karozza oħra li kienet ipparkjata fi Triq Bella Vista f’San Ġwann nhar il-Ġimgħa filgħodu. Ħadd ma weġġa.

Ara ukoll:
Vettura tieħu n-nar f’San Ġwann
By MaltaMedia News - Dec 29, 2006, 15:53 CET

Karozza tieħu n-nar; splużjoni f’appartament
By MaltaMedia News - Dec 28, 2006, 09:12 CET

Aqra dan l-artiklu bl-Ingliz:
Five cars on fire in B’Kara
By MaltaMedia News - Dec 30, 2006, 10:20 CET

© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network


EXIT PRINTER FRIENDLY VIEW FOR THIS ARTICLE