News from MaltaMedia.com
Aħbarijiet bil-Malti
Tifla fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn karozza
By MaltaMedia News
Dec 31, 2006, 18:18
Tifla ta’ seba’ snin tinsab fil-periklu tal-mewt wara li aċċidentalment intlaqtet mill-karozza ta’ missierha fis-Swieqi. L-inċident seħħ fiż-żona magħrufa bħala The Gardens waqt li missier it-tifla kien qed isewwi l-karozza. Għal xi raġuni il-karozza irriversjat, u laqtet lit-tifla li kienet fil-viċinanzi.
It-tifla ingħatat l-assistenza minn grupp ta’ paramediċi li ssejħu fuq il-post. Wara hi ttieħdet l-Isptar San Luqa b’ambulanza għal iktar kura, fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.
Il-Maġistrat ta' l-Għassa Joseph Cassar ħatar diversi esperti biex jgħinu f'inkjesta.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
© Copyright 2006 - MaltaMedia Online Network
EXIT PRINTER FRIENDLY VIEW FOR THIS ARTICLE
|